Kunċert tal-Għid li rawh il-miljuni

Print Friendly, PDF & Email

Il-kunċert tal-Għid mit-tenur Andrea Bocelli, waħdu fil-katidral vojt ta’ Milan, kiser ir-records tal-mużika klassika fil-YouTube. Il-kunċert, ta’ 25 minuta bl-isem ta’ “Mużika għat-Tama”, rawh 35 miljun mad-dinja bejn televixin u YouTube. Bocelli, li kanta innijiet sagri fosthom verżjoni ta’ “Amazing Grace,” qal li ried jgħaqqad lin-nies li huma weħidhom f’dan iż-żmien ta’ kwarantina tal-coronavirus. Qabel il-kunċert intwera filmat bid-drone li wera t-toroq u l-pjazez deżerti ta’ Milan madwar id-Duomo, li kien inbena fis-seklu 14.

https://www.reuters.com/article/us-health-coronavirus-easter-bocelli/andrea-bocellis-lone-easter-sunday-concert-scores-youtube-record-idUSKCN21X2TX

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: