Il-Bibbja bil-Malti issa tinsab fuq l-app Bible YouVersion

L‑Għaqda Biblika Maltija, li għadha kif lestiet il‑ħames edizzjoni tat‑traduzzjoni tal‑Bibbja mil‑lingwi oriġinali għall‑Malti, tħabbar li t‑test se jkun parti mill‑app tal‑Bibbja popolari YouVersion għall‑iOS u Android.

Din il-verżjoni tal-Bibbja tista’ tidhol għaliha wkoll minn dil-paġna tal-Laikos … http://www.laikos.org/bibbja_mt.htm

Capture

Bħala parti mis‑servizzi tagħha, YouVersion toffri mhux biss it‑traduzzjoni l‑iktar riċenti tal‑Għaqda Biblika Maltija, imma wkoll l‑opportunità ta’ talb kuljum mill‑Iskrittura, u riżorsi oħra għat‑tfal, żgħażagħ u kbar.

Il‑Bible App tal‑YouVersion, li tintuża fuq iktar minn 415 miljun smartphone, tablet u laptop, tista’ titniżżel b’xejn.

Fil‑ġimgħat li ġejjin l‑aktar edizzjoni riċenti tat‑traduzzjoni bil‑Malti tal‑Bibbja se tkun ukoll għall‑bejgħ mill‑ħwienet tal‑kotba u online fuq Bibbja.mt fejn wieħed jista’ jsib t‑test tal‑Bibbja.

 

Din il-verżjoni tal-Bibbja tista’ tidhol għaliha wkoll minn dil-paġna tal-Laikos … http://www.laikos.org/bibbja_mt.htm

Leave a Reply

%d bloggers like this: