Illum il-Knisja tfakkar lil Beatu Nikol Roland


Fis-27 ta’ April l-Knisja tfakkar lil Beatu Nikol Roland, Reliġjuż li għex bejn is-snin 1642 sa 1678.

Twieled f’Reims – l-istess belt li fiha twieled San Ġwann Battista de la Salle, fl-1642. Ordna saċerdot fl-1665.

Il-predikazzjoni, il-formazzjoni Nisranija taż-żgħażagħ, u b’mod speċjali tal-kleru, kienu wisq għal qalbu. Intebaħ bil-miżerja kemm temporali kif ukoll spiritwali taż-żgħażagħ u għalhekk waqqaf il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Bambin Ġesù, iddedikati għall-edukazzjoni Nisranija tal-bniet fqar ta’ Reims.

Nikol kien kanonku, flimkien ma’ San Ġwann Battista de la Salle (ara San Ġwann Battista de la Salle), tal-Katedral ta’ Reims, u kien ukoll id-direttur spiritwali ta’ Ġwanni de la Salle. Kien hu li ggwidah u ħeġġu biex jirċievi d-djakonat u jkompli biex jilħaq saċerdot. Bejn Roland u Ġwanni kien hemm differenza ta’ 11-il sena.

Meta Roland beda jħoss l-għejja, talab lil Ġwanni de la Salle biex ikun l-eżekutur tat-testment tiegħu, u fdalu r-responsabbiltà li jieħu ħsieb u jiggwida l-Kongregazzjoni tas-Sorijiet li kien waqqaf. Roland miet ta’ 35 sena fis-27 ta’ April, 1678.

Kien sena wara li Adrien Nyel, ma’ żagħżugħ ieħor Christof, mar jiltaqa’ ma’ San Ġwann Battista de la Salle biex jitolbu jgħinu ħalli jwaqqaf skola għas-subien. Kien hawn li Alla wrieh ix-xewqa li jieħu ħsieb l-edukazzjoni tas-subien fqar. Ġwann Battista De La Salle kellu allura 27 sena.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.