Il-Papa jistieden għar-Rużarju fid-dar


Fl-ittra tiegħu għal Mejju, ix-xahar li tradizzjonalment hu dedikat lil Marija, il-Papa Franġisku stieden biex “nerġgħu niskopru l-ġmiel tat-talba tar-Rużarju”. Il-Papa qal: “Tistgħu tagħmlu dan flimkien jew weħidkom; agħżlu intom, skont is-sitwazzjoni tagħkom, filwaqt li tikkunsidraw iż-żewġ possibiltajiet. Imma f’kull każ hemm sigriet: li tagħmlu dan bis-sempliċità.”

Papa_Madonna
“L-internet bħala għajnuna biex insegwu r-Rużarju”

Semma l-internet bħala għajnuna biex insegwu r-Rużarju. Fl-istess ittra l-Papa ssuġerixxa żewġ talbiet ġodda lill-Verġni Marija li jistgħu jingħadu fi tmiem ir-Rużarju.

Ara l-Ittra tal-Papa bil-Malti fuq il-Laikos … 

Idħol fil-paġna ta’ talb minn fejn tista’ ssib għajnuna biex titlob ir-Rużarju …

 

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-04/pope-encourages-faithful-to-pray-rosary-at-home.html

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.