L-Isqfijiet tal-Comece jappellaw lill-UE biex ma tittraskurax lill-migranti

Print Friendly, PDF & Email

Il-Kummissjoni tal-‘Isqfijiet tal-Kummissjoni Ewropea (Comece)’ għamlet appell lill-Unjoni Ewropea biex ma tittraskurax lill-migranti f’dan iż-żmien tal-epidemija. L-Isqfijiet talbu lill-pajjiżi tal-Unjoni biex flimkien jieħdu miżuri mmedjati biex jevitaw il-mewt ta’ għadd ta’ migranti fil-Mediterran.

F’komunikat li ntbgħat fl-24 t’April, l-Isqfijiet sostnew li l-pandemija m’għandhiex tkun skuża biex jitħallew jintilfu l-ħajjiet ta’ bnedmin fil-Mediterran. Il-kriżi mondjali tal-Covid-19 wasslet biex il-pajjiżi membri tal-Unjoni jikkordinaw flimkien l-isforzi tagħhom. B’ton qawwi iktar mis-soltu l-Isqfijiet appellaw biex dan l-ispirtu komuni bejn il-pajjiżi fi ħdan l-EU japplika wkoll għall-għajnun lill-migranti fil-baħar Mediterran. – Mill-La Croix

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading