Il-klabb tal-futbol FC Cologne, fil-Ġermanja, qed jgħin lill-Arċidjoċesi tal-Knisja Kattolika tal-belt b’sistema ta’ biljetterija għas-servizzi tal-knisja meta l-postijiet huma limitati għad-distanza soċjali minħabba l-coronavirus.
Il-knejjes reġgħu fetħu għall-qima reliġjuża mill-ewwel ġimgħa ta’ Mejju f’dan l-istat l-aktar popolat fil-Ġermanja, imma taħt ċerti kundizzjonijiet billi tinżamm id-distanza, in-numru ta’ nies ikun limitat u b’postijiet imqassma skont il-kobor tal-knisja.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea