Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 4 ta’ Ġunju


Il-Ħamis, 4 ta’ Ġunju 2020: Quddiesa u Rużarju mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kurja tal-Arċisqof. Quddiesa offruta għas-sitwazzjoni attwali fl-Istati Uniti, sabiex ir-rikonċiljazzjoni tirbaħ fuq il-vjolenza …

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Il-mistoqsija ta’ dan, wieħed mill-kittieba, kienet mistoqsija importanti. Fi żmien Ġesù kien hemm kontroversja: liema fost ħafna liġijiet li kienu żvilupaw mill-ewwel kotba tal-Iskrittura li kellhom diġà l-liġijiet li ta Mosè lill-poplu Lhudi, liema minn ħafna mijiet ta’ liġijiet kienet l-iżjed importanti, liema liġi l-iżjed importanti.

Dawn il-liġijiet kellhom l-isem ukoll ta’ kmandament. Il-kelma kmandament f’dan il-kuntest mhux qed jirreferi biss għall-10 kmandamenti imma għal-liġijiet kollha li mbagħad żviluppaw wara l-esperejenza tal-għoti tal-10 kelmiet, tal-10 kmandamenti lill-poplu Lhudi.

U Ġesù jidħol f’din il-kontroversja, ma jiċħadx il-mistoqsija ta’ dan, wieħed mill-kittieba, u r-risposta tiegħu tista’ tinġabar f’kelma waħda: l-imħabba. Għaliex jekk inti taqra b’attenzjoni kbira l-għażla li għamel Ġesù, dan huwa l-verb li jirrikorri: għandek tħobb lill-Mulej, ħobb lill-għajrek bħalek innifsek.

Fl-aħħar ta’ kull jum u fl-aħħar ta’ ħajjitna, dan ikun jgħodd: kemm ħabbejna.

Għandu raġun San Pawl jgħid li l-imħabba tiġbor il-liġijiet kollha. U Ġesù stess jgħid li l-milja tal-liġi hija l-imħabba. L-ewwel nett il-liġi imma allura ma ssirx jasar imma ssir relazzjoni li tagħtik libertà. Aħna l-bnedmin qatt ma nistgħu nkunu perfetti fl-imħabba. Qegħdin f’din il-mixja li fiha nogħtru, fiha jidħlu anke l-interessi personali tagħna u għalhekk din hija triq li tirrikjedi li nissaffew kontinwament. Imma l-fokus tagħna jrid ikun wieħed: l-imħabba. U fl-aħħar ta’ kull jum u fl-aħħar ta’ ħajjitna, dan ikun jgħodd: kemm ħabbejna.

Ejjew nitolbu l-grazzja li aħna nifhmu kemm hi importanti l-imħabba f’ħajjitna, ma niċħduhiex u ppermettuli nagħmel nota. Ħin minnhom Ġesù, meta jitkellem dwar l-imħabba lil għajrek jitkellem dwar l-imħabba tiegħek innifsek. Ħobb lilek innifsek. Issa l-imħabba, jgħallmuna l-għorrief, hija l-ewwel nett li tilqa’ ’l dak li jkun. Aħna ħafna drabi għandna problema biex nilqgħu lilna nfusna kif aħna, kif ġejna magħġunin. Għandna forsi nagħmlu sforz ma’ kulħadd, barra magħna nfusna. “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek” (Mk 12:30). Mhux biss għamel dak lil għajrek dak li tixtieq li għajrek jagħmel miegħek, għax dik ukoll hi espressjoni ta’ din il-liġi, dal-kmandament tal-imħabba, imma mingħajr imħabba tiegħi nnifsi – mhux li nsir idolu tiegħi nnifsi – ma nistax jiena nifhem l-imħabba lil għajri.

U għalhekk nitolbu l-grazzja wkoll illum li nħobbu lilna nfusna. Ħafna drabi ħafna frustrazzjonijiet li jkollna jkun ġej minn dan: li ma nħobbux kif aħna, dejjem nixtiequ nkunu mod differenti u kieku kont hekk u mhux hekk! Ikkalma, inti rigal lid-dinja u ’l umanità, kif inti. Il-Mulej bl-imħabba tiegħek u bl-imħabba tiegħu għalik jagħmlek tassew ferħan u kuntent.

✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Il-Qari tal-Quddiesa:
Qari I: 2 Tim 2, 8-15
Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.8-9.10 u 14
Evanġelju: Mk 12, 28b-34

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.