58. Is-Saċerdoti jiġu ordnati biex jiċċelebraw il-Quddiesa

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Knisja. Udjenza Ġenerali – 12/05/1993.

1. Wieħed jifhem id-dimensjoni sħiħa tal-missjoni tal-Presbiteru fir-rigward tal-Ewkaristija, jekk jikkonsidra li dan is-sagrament huwa qabel kollox l-attwalizzazzjoni u l-offerta fuq l-altar tas-sagrifiċċju tas-Salib, waqt ċentrali tal-opra tar-Redenzjoni.

Kristu Saċerdot u Ostja huwa, bħala tali, l-awtur tal-fidwa universali, f’ubbidjenza għall-Missier. Huwa hu l-uniku Sommu Saċerdot tal-Patt il-Ġdid u Etern li, waqt li jwettaq il-fidwa tagħna, jagħti lill-Missier il-kult perfett, li tiegħu ċ-ċelebrazzjonijiet veterotestamentarjiantiki ma kinux għajr prefigurazzjoni. Bis-sagrifiċċju ta’ demmu fuq is-Salib, Kristu “daħal darba għal dejjem fis-santwarju, waqt li kiseb għalina fidwa eterna” (Lh 9, 12). B’dan il-mod huwa neħħa kull sagrifiċċju antik, biex jistabilixxi wieħed ġdid bl-offerta tiegħu nnifsu għar-rieda tal-Missier (cf. Sal 40, 9). “U huwa bis-saħħa ta’ din ir-rieda li aħna konna mqaddsin, permezz tal-offerta tal-ġisem ta’ Ġesù Kristu magħmula darba għal dejjem… Għax huwa b’offerta waħda għamel perfetti għal dejjem lil dawk li huwa qaddes” (Lh 10, 9. 14).

Fli jirrendi preżenti b’mod sagramentali is-sagrifiċċju tas-Salib, il-Presbiteru jerġa jiftaħ dak is-sors ta’ fidwa fil-Knisja, fid-dinja kollha kemm hi (Catechismo della Chiesa cattolica, 1362-1372).

2. Għal dan is-Sinodu tal-Isqfijiet tal-1971, f’armonija mad-dokumenti tal-Vatikan II, irrivela li “il-ministeru saċerdotali jilħaq il-quċċata tiegħu fiċ-ċelebrazzjoni ewkaristika, li hija s-sors u ċ-ċentru tal-unità tal-Knisja” (Ad gentes, 39).

Il-kostituzzjoni dommatika dwar il-Knisja ttenni li l-Presbiteri “fuq kollox jeżerċitaw il-funzjoni tagħhom sagra fil-kult jew assemblea ewkaristika, fejn waqt li jaġixxu fil-persuna ta’ Kristu u waqt li jipproklamaw il-misteru tiegħu, jgħaqqdu l-wegħdi tal-fidili mas-sagrifiċċju tal-Kap tagħhom u fis-sagrifiċċju tal-quddiesa jirrendu preżenti u japplikaw, sal-miġja tal-Mulej, l-uniku sagrifiċċju tat-Testment il-Ġdid, jiġifieri s-sagrifiċċju ta’ Kristu, li darba għal dejjem offra lill-Missier dik il-vittma mmakulata” (Lumen gentium, 28; Catechismo della Chiesa cattolica, 1566).

F’dan ir-rigward, id-Digriet Presbyterorum ordinis jippreżenta żewġ affermazzjonijiet fundamentali: a) il-kumunità tiġi mlaqqgħa, permezz tax-xandir tal-Vanġelu, sabiex kulħadd ikun jistà jagħmel l-offerta spiritwali tiegħu nnifsu; b) is-sagrifiċċju spiritwali tal-fidili jiġi magħmul perfett permezz tal-għaqda mas-sagrifiċċju ta’ Kristu, offrut b’mod mingħajr tixrid ta’ demm u b’mod sagramentali permezz ta’ jdejn il-Presbiteri. Minn dan is-sagrifiċċju uniku l-ministeru saċerdotali tagħhom jislet il-qawwa tiegħu (Presbyterorum ordinis, 2; Catechismo della Chiesa cattolica, 1566).

B’dan il-mod tidher ir-relazzjoni bejn is-saċerdozju ministerjali u s-saċerdozju komuni tal-fidili. Jidher ukoll kif b’mod speċjali l-Presbiteru, jkun imsejjaħ minn fost il-fidili kollha biex jidentifika ruħu b’mod mistiku – iktar milli b’mod sagramentali – ma’ Kristu biex ikun ukoll hu b’xi mod Sacerdos et hostia, skont l-espressjoni sabiħa ta’ San Tumas D’Aquino (Summa theologiae, III, q. 83, a. 1, ad 3).

3. Il-Presbiteru jilħaq fl-Ewkaristija l-quċċata tal-ministeru tiegħu meta jlissen il-kliem ta’ Ġesù: “Dan huwa Ġismi… Dan huwa l-kalċi ta’ Demmi…”. Fit-tali kliem jikkonkretizza ruħu l-eżerċizzju massimu ta’ dak il-poter li jirrendi s-Saċerdot denn li jippreżenta l-offerta ta’ Kristu. Dak il-ħin tassew jikseb – bħala riżultat sagramentali, u allura b’effikaċja divina – l-edifikazzjoni u l-iżvilupp tal-komunità. L-Ewkaristija hija nfatti s-sagrament tal-komunjoni u tal-għaqda, bħal ma enfasizza s-Sinodu tal-Isqfijiet tal-1971, u iktar riċenti l-Ittra tal-Kongregazzjoni għad-Dutrina tal-Fidi dwar xi aspetti tal-Knisja mifhuma bħala komunjoni (cf. Congregazione per la Dottrina della fede, Communionis notio, 11).

Hekk tispjega ruħha il-ħniena, il-fervur, li bih is-Saċerdoti qaddisin – li dwarhom titkellem b’mod abbundanti l-aġjografija – dejjem iċċelebraw il-Quddiesa, bla ma ħasbuha li jippermettu għaliha tħejjija adegwata u billi għamluha ssegwi minn atti opportuni ta’ ringrazzjament. Biex jgħin fl-eżerċizzju ta’ dawn l-atti, il-missal joffri diversi talbiet addattati, esposti b’mod ta’ tifħir spiss esposti fi kwadri fis-sagristiji. Barra minn dan nafu li dwar it-tema tas-“Sacerdos et hostia” żviluppaw ruħhom diversi opri ta’ spiritwalità saċerdotali, dejjem rakkomandabbli għall-Presbiteri.

4. U hawn hu punt ieħor fundamentali tat-tejoloġija-saċerdotali, oġġett tal-katekeżi tagħna: il-ministeru kollu u s-sagramenti kollha huma orjentati lejn l-Ewkaristija, li fiha “huwa miġbur il-ġid kollu spiritwali  tal-Knisja (Summa theologiae, III, q. 65, a. 1, ad 1), jiġifieri l-istess Kristu, il-Għid tagħna u Ħobż ħaj, li, permezz ta’ Laħmu, rinfreskat mill-Ispirtu Santu u vivifikanti, jagħti l-ħajja lill-bnedmin, li b’dan il-mod huma mistiedna u pperswaduti biex joffru flimkien Lilu lilhom infushom, xogħolhom u l-ħwejjeġ kollha maħluqa” (Presbyterorum ordinis, 5).

Fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija isseħħ mela l-ikbar parteċipazzjoni fil-kult perfett li s-Sommu Saċerdot Kristu jirrendi lill-Missier, f’rappreżentanza u espressjoni tal-ordni kollu maħluq. Il-Presbiteru, li jara u jagħraf ħajtu b’mod hekk profond marbuta mal-Ewkaristija min-naħa jħoss jitwessgħulu l-orizzonti tal-ispirtu tiegħu dwar id-dimensjonijiet tad-dinja kollha, u anzi tal-art u tas-sema, u min-naħa l-oħra jitkabbarlu l-bżonn u r-responsabiltà li jikkomunika dan it-teżor – “il-ġid kollu spiritwali tal-Knisja” – lill-komunità.

5. Għalhekk fil-proposti u l-programmi tiegħu tal-ministeru pastorali huwa, waqt li jżomm quddiem għajnejh li l-ħajja sagramentali tal-fidili hija ordnata għall-Ewkaristija (Presbyterorum ordinis, 5), jieħu ħsieb li l-formazzjoni nisranija timmira għall-parteċipazzjoni attiva u konsapevoli tal-fidili għaċ-ċelebrazzjoni ewkaristika.

Illum jeħtieġ li niskopru mill-ġdid iċ-ċentralità ta’ tali ċelebrazzjoni fil-ħajja nisranija u allura fl-apostolat. L-informazzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-fidili fil-Quddiesa mhumiex sodisfaċenti: għalkemm iż-żelu ta’ tant Presbiteri wassal għal parteċipazzjoni ġeneralment fervoruża u attiva, il-perċentwali tal-preżenzi għadhom baxxi. Huwa minnu li f’dan il-qasam, iktar milli f’kull ieħor li jirrigwarda l-ħajja nterna, il-valur tal-istatistiċi huwa ferm relattiv, u li min-naħa l-oħra mhijiex l-esternazzjoni sistematika tal-kult li tippruvalna l-konsistenza rejali. Wieħed, iżda, ma jistax jinjora li l-kult estern huwa normalment konsegwenza loġika ta’ dak intern (Summa theologiae, II-II, q. 81, a. 7), u, fil-każ tal-kult ewkaristiku, huwa konsegwenza tal-istess fidi fi Kristu Saċerdot u fis-sagrifiċċju feddej. Ikun għaqli li nimminimizzaw l-importanza taċ-ċelebrazzjoni tal-kult waqt li nirraġunaw l-fatt li l-vitalità tal-fidi nisranija turi ruħha b’imġieba kollha konformi mal-Vanġelu, pjuttost milli b’ġesti ritwali. Infatti, iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika mhijiex sempliċi ġest ritwali: din hija sagrament, jiġifieri intervent ta’ Kristu li jikkomunikalna d-dinamiżmu ta’ mħabbtu. Tkun illużjoni perikoluża li jkollha mġieba konformi mal-Vanġelu mingħajr ma nirċievu l-qawwa ta’ Kristu stess fl-Ewkaristija, sagrament li Hu stess waqqaf għal dan l-iskop. Tali pretensjoni tkun atteġġjament ta’ awtosuffiċjenza, radikalment antievanġeliku. L-Ewkaristija tirregala lin-nisrani iktar qawwa biex jgħix skont l-esiġenzi tal-Vanġelu; tinkludih dejjem aħjar fil-komunità ekkleżjali li minnha jagħmel sehem, iġġedded u tgħanni fih l-ferħ tal-komunjoni mal-Knisja.

Għalhekk il-Presbiteru jisforza lilu nnifsu biex jiffavorixxi b’kull mezz il-parteċipazzjoni fl-Ewkaristija, bil-katekeżi u l-eżortazzjonijiet pastorali u wkoll bi kwalità eċċellenti taċ-ċelebrazzjoni, taħt l-aspett liturġiku u ċerimonjali. B’tali mod huwa jikseb, bħal ma jenfasizza l-Konċilju (Presbyterorum ordinis, 5), li jgħallem lill-fidili biex joffru l-vittma divina lil Alla l-Missier fis-sagrifiċċju tal-Quddiesa u biex jagħmlu, f’għaqda ma’ din il-vittma, l-offerta ta’ ħajjithom għas-servizz tal-aħwa. Il-fidili jitgħallmu, barra minn dan, jitolbu maħfra ta’ dnubiethom, biex jimmeditaw il-kelma ta’ Alla, biex jitolbu b’qalb sinċiera, għall-bżonnijiet kollha tal-Knisja u tad-dinja, u biex iqiegħdu l-fiduċja kollha tagħhom fi Kristu Salvatur.

6. Irrid, fl-aħħarnett, infakkar li l-Presbiteru għandu wkoll missjoni li jippromwovi l-kult tal-preżenza ewkaristika, u wkoll barra miċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, waqt li jimpenja ruħu li jagħmel mill-Knisja “dar tat-talb” nisranija: dik jiġifieri “li fiha – skont il-Konċilju – il-preżenza tal-Iben ta’Alla Feddej tagħna, li offra ruħu għalina fuq l-altar sagrifikali, tiġi meqjuma għas-sosten u l-konsolazzjoni tal-fidili” (Presbyterorum ordinis, 5). Din id-dar għandha tiġi addattata għat-talb u għall-funzjonijiet sagri għall-ordni tajba, l-indafa, l-atmosfera nadifa li bihom tiġi miżmuma, kif ukoll għas-sbuħija artistika tal-ambjent, li għandu importanza kbira formattiva u ispirattiva tat-talb. Għal dan il-Konċilju jirrakkomanda lill-Presbiteru biex “jikkoltiva b’mod adegwat ix-xjenza u l-arti liturġika” (Ivi).

Aċċennajt għal dawn l-aspetti, għaliex jappartienu wkoll huma għall-kwadru kumplessiv ta’ “kura tar-ruħ” tajba min-naħa tal-Presbiteri, b’mod speċjali tal-kappillani u ta’ dawk kollha responsabbli mill-knejjes u mill-postijiet l-oħra tal-kult. F’kull każ, intenni r-rabta stretta bejn is-saċerdozju u l-Ewkaristuja, kif tgħallem il-Knisja, u nirrepeti b’konvinzjoni, u wkoll b’ferħ intimu tar-ruħ, li l-Presbiteru huwa b’mod speċjali l-bniedem tal-Ewkaristija: qaddej u ministru ta’ Kristu f’dan is-sagrament, li fih – skont il-Konċilju, li jiġbor fil-qosor id-dutrina tas-Santi Padri u d-Dutturi antiki – “huwa miġbur il-ġid kollu spiritwali tal-Knisja” (Ivi); qaddej u ministru, kull Presbiteru, fi kwalunkwè livell, fi kwalunkwè qasam tax-xogħol, tal-misteru paskwali mwettaq fuq is-Salib u migħux mill-ġdid fuq l-Altar għall-Fidwa tas-dinja.

Miġjub mit-Taljan għal-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: