L-Arċidjoċesi ta’ Malta tifraħ lill-Isqof-elett Mons. Anton Teuma

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lill‑Isqof‑elett Mons. Anton Teuma, għall‑ħatra tiegħu mill‑Papa Franġisku bħala Isqof tad‑Djoċesi ta’ Għawdex.

Capture.PNGaaaaaL‑Isqfijiet jirringrazzjaw lill‑Isqof Mario Grech għall‑ħidma tiegħu tul dawn l‑aħħar 14‑il sena bħala ragħaj tad‑Djoċesi ta’ Għawdex u kollaboratur ewlieni fil‑Konferenza Episkopali Maltija. L‑Arċisqof Scicluna u l‑Isqof Galea‑Curmi jwiegħdu t‑talb tagħhom u tal‑Knisja f’Malta għall‑Isqof‑elett u għad‑Djoċesi ta’ Għawdex.

✠ Charles J. Scicluna
Arċisqof ta’ Malta
President, Konferenza Episkopali Maltija

✠ Joseph Galea‑Curmi
Isqof Awżiljarju ta’ Malta

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading