Iż-żagħżugħ li miet ta’ ħmistax-il sena b’fama ta’ Qdusija

Print Friendly, PDF & Email
Il-Venerabbli Carlo Acutis (1991 – 2006)

Il- Venerabbli Carlo Acutis twieled ġewwa Londra, l-Ingilterra, nhar it-3 ta’ Mejju 1991 minn Andrea Acutis u Antonia mwielda Salzano. Billi l-ġenituri kienu taljani, meta kellu erba’ xhur, il-familja telqu lejn l-Italja.

Carlo kien żgħażugħ ferrieħi. Bħala tifel kien devot ħafna lejn Omm Alla u kien jitlob ir-rużarju spiss bħalha sinjal ta’ devozzjoni lejha. Ta’ seba’ snin għamel l-ewwel tqarbina ġewwa San Ambrogio ad Nemus ġewwa Milan, u wara li rċieva l-ewwel tqarbina, sar devot ta’ bosta qaddisin. Għalih l-Ewkaristija kienet iċ- ċentru ta’ ħajtu. Kien iħobb jirrifletti ħafna fuq l- Ewkaristija, qabel jew wara it-tqarbin u darba fil-ġimgħa kien jersaq lejn is-Sagrament tar-rikonċiljazzjoni.

Acutis kien mgħoni b’għerf kbir fix-xjenza tal-kompjuter, u billi sħabu kienu jafu li kien daqshekk midħla tal-kompjuter, kienu jagħmlulu diversi mistoqsijiet dwaru. Bħala tifel kien irċieva l- ewwel edukazzjoni ġewwa Milan u l-edukazzjoni avvanzata ħadha minn għand il-Ġiżwiti ġewwa l-istitut Ljun XIII. Huwa kien iħobb jimxi fuq il- passi tal-qaddisin fosthom San Franġisk t’Assisi, San Franġisku u Santa Giaċintà Marto li dak iż-żmien kienu għadhom Beati, San Duminku Savio, San Alwiġi Gonzaga, San Tarċisju, u Santa Bernadetta Subiroux.

Hu kien jinkwieta ħafna dwar sħabu li wħud minnhom kellhom il-ġenituri tagħhom iddivorzjati u għalhekk kien jistieden lil dawn f’daru biex itihom ftit kuraġġ. Hu ddefenda id- drittijiet ta’ dawk li kellhom diżabilità, u dawk ukoll li sfaw vittma tal-‘bullying’ fl-iskola għax kellhom xi forma ta’ diżabbilità.

Carlo kien iħobb is-safar iżda l-iktar li kien iħobb iżur kienet il-belt ta’ Assisi aktar minn postijiet oħra. Meta marad bil-Lewkimja, huwa offra t-tbatijiet tiegħu għall-Knisja universali kollha kif ukoll għall-Papa Benedittu XVI. Waqt il-marda tiegħu kien iħobb jgħid dawn il- kliem: “Noffri t-tbatijiet kollha tiegħi, u noffri t-tbatija lill-Mulej għall-Papa u għall-Knisja”.

Waqt dan iż- żmien huwa talab lill-ġenituri tiegħu biex jieħduh pellegrinaġġ f’dawk il- postijiet li fihom saru l- mirakli tal-Ewkaristija fid-dinja, iżda minħabba li saħħtu bdiet sejra lura ma’ setgħux jaqtgħu xewqtu. Billi kien tajjeb ħafna fil-kompjuter fl-2005, waqqaf sit fejn ġabar il-mirakli kollha tal-Ewkaristija li saru madwar id-dinja, fuq l-impenn tal- Beatu Giacomo Alberione li kien ħa l-inizjattiva li juża l-medja biex ixandar l-Evanġelju. Kien Acutis li stqarr fuq l-Internet li “aktar ma’ nirċievi l-Ewkaristija, aktar nsir bħal – Ġesu, u għalhekk f’din id- dinja jkollna togħma tas- sema min qabel”.

Waqt il-mard it-tabib li kien imur jikkurah, saqsih jekk kienx qed ibati, iżda Carlo wieġbu: “Hemm nies li qed ibatu aktar minni”. Hu miet fit-tnax ta’ Ottubru tal-2006 u kif kienet ix- xewqa tiegħu, ġie midfun ġewwa Assisi.

Kemm il-Kardinali Raffaello Martinelli u Angelo Comastri waqqfu eżebizzjoni tal-mirakli Ewkaristiċi li saret f’pajjiżi differenti. Il-Konferenza Episkopali ta’ Lombardija approvat it- talba għall-Kanonizzazjoni tiegħu fis-sena 2013. Dan l- istħarriġ Djoċesan beda fil-15 ta’ Frar 2013 fejn il-Kardinal Angelo Scola inawgura l-proċess li ntemm fl- 24 ta’ Novembru 2016.

Il-bidu formali tal-każ sar fit-13 ta’ Mejju 2013 meta sar Qaddej t’Alla, u l- Papa Franġisku ikkonferma li huwa għex ħajja erojka u għalhekk fil- 5 ta’ Lulju 2018 iddikjarah venerabbli.

Il-Postulatur tal-kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazjoni tiegħu Nicola Gori, wera l-fehma li għadu kmieni wisq biex tistqarr u titkellem fuq il-qdusija qabel ma jintemmu t-testijiet mediċi tat-tobba esperti f’dan il- qasam. Il-Kunsill Mediku dwar il-kawża tal-Qaddisin wera opinjoni pożżittiva fuq il-miraklu tal-fejqan ta’ tifel Brażiljan li kellu marda gravi. L-Arċisqof Domenico Sorrentino ta’ Assisi ħeġġiġna biex inkomplu nitolbu ħalli l-Mulej jigglorikfika l-Qaddej tiegħu malajr sabiex jinkoraġġixxi l-Qdusija fil-Knisja kollha ukoll permezz taż-żagħżagħ għaliex Assisi għandha tkun il- post fejn sseħħ il- Beatifikazzjoni tiegħu. Kmieni fis- sena 2018 instab illi l- ġisem ta’ Carlo Acutis mux inkorott. Saħansitra l-viċi Postulatur tal- kawża tenna fuq il-Facebook li l- ġisem kien inkorrot, iżda jridu jkunu l-esperti biex jiddikjaraw dan. Billi ma kienx martri jeħtieġ it-tieni miraklu li jkun approvat mill-Vatikan.

Il-qabar tal-Venerabbli Carlo Acutis f’Assisi

Nitolbu biex iż- żgħażagħ kollha jkunu bħal-Carlo Acutis billi jfitxu lil Ġesù dejjem u lil Ommu Marija billi jitolbuha t-talba sabiħa tar-rużarju ħalli jsibu s- serħan u l-veru ferħ fir- ruħ u fil-ġisem.

Minn Patri Hermann Duncan O.Carm             

%d bloggers like this: