42. Nibnu s-sens etiku l-ġdid permezz tas-sejbien mill-ġdid tal-valuri


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 01/10/1980.

1. Fl-analiżi tagħna naslu għat-tielet parti tal-istqarrija ta’ Kristu fid-Diskors tal-Muntanja (Mt 5,27-28). L-ewwel parti kienet: “Fhimtu dak li ntqal: la tikkommettix adulterju”. It-tieni: “Imma jien ngħidilkom, kull min iħares lejn mara biex jixtieqha”, li hija grammatikalment marbuta mat-tielet: “diġa kkummetta adulterju magħha f’qalbu”.

Il-metodu hawn applikat, li huwa dak li taqsam, li “tkisser” l-istqarrija ta’ Kristu fi tliet partijiet, li jsegwu lil xulxin, jistà jidher furzat. Madankollu, meta nfittxu s-sens etiku tal-istqarrija kollha, fil-globalità tagħha, tistà tkun utli appuntu d-diviżjoni tat-test minna wżat, bil-patt li ma tiġix applikata biss b’mod diżġuntiv imma konġuntiv. U huwa dak li feħsiebna nagħmlu. Kull waħda mill-partijiet distinti għandha kontenut u konnotazzjoni propji li huma għaliha speċifiċi, u huwa appuntu kemm irridu nenfasizzaw, permezz tad-diviżjoni tat-test; imma fl-istess ħin jiġi ndikat li kull waħda mill-partijiet tispjega ruħha fir-rapport dirett mal-oħrajn. Dan jirreferi l-ewwelnett mal-elementi ewlenin semantiċi, permezz ta’ liema l-istqarrija tikkostitwixxi totalità. Hekk huma dawn l-elementi: tikkommetti adulterju, tixtieq, tikkummetti adulterju fil-ġisem, tikkummetti adulterju fil-qalb. Ikun b’mod partikulari diffiċli tistabilixxi s-sens etiku tax-“xewqa” mingħajr l-element indikat hawn bħala l-aħħar wieħed, jiġifieri “l-adulterju fil-qalb”. Diġa l-analiżi preċedenti f’ċertu grad ħadet in konsiderazzjoni dan l-element; madankollu għarfien iktar sħiħ tal-komponent: “tikkummetti adulterju fil-qalb” huwa possibbli biss wara analiżi speċjali.

2. Kif diġa aċċennajna fil-bidu, hawn jinħtieġ nistabilixxu s-sens etiku. L-istqarrija ta’ Kristu, f’Mattew 5,27-28, tibda mill-kmandament: “La tikkommettix adulterju”, biex turi kif hemm bżonn li nifhmuh u npoġġuh fil-prattika, sabiex inkattru fih il-“ġustizzja” li Alla-Jahwe bħala leġiżlatur ried: sabiex hija toktor b’miżura ikbar minn kemm jirriżulta mill-interpretazzjoni u mill-każistika tad-dutturi tat-Testment il-Qadim. Jekk kliem Kristu f’tali sens donnhom jippruvaw jibnu l-ethos il-ġdid (u a bażi tal-istess kmandament), it-triq għal dan tgħaddi mis-sejbien mill-ġdid tal-valuri, li – fil-fehim ġenerali antikotestamentarju u fl-applikazzjoni ta’ dan il-kmandament – maż-żmien intilfu.

3. Minn dan il-punt di vista hija wkoll sinifikattiva l-formulazzjoni tat-test ta’ Mattew 5,27-28. Il-kmandament “la tikkommettix adulterju” huwa fformulat bħala interdizzjoni li teskludi b’mod kategoriku morali ħażin determinat. Huwa magħruf li l-istess Liġi (Dekalogu), barra mill-interdizzjoni “la tikkommettix adulterju” jinkludi wkoll l-interdizzjoni “la tixtieqx il-mara tal-proxxmu tiegħek”(Es 20,14.17; Dt 5,18.21). Kristu ma jinvalidax projbizzjoni rispett għal oħra. Għalkemm jitkellem dwar ix-“xewqa”, huwa jxaqleb lejn kjarifikazzjoni iktar profonda tal-“adulterju”.  Huwa sinifikattiv li wara li kkwota l-projbizzjoni “la tikkommettix adulterju”, kif magħrufa għas-semmiegħa, wara, fil-kors tal-espressjoni tiegħu jibdel l-istil tiegħu u l-istruttura loġika ta’ normattiva f’dik ta’ narrattiva-affermattiva. Meta jgħid: “Kull min iħares lejn mara biex jixtieqha, diġa kkummetta adulterju magħha f’qalbu”, jiddeskrivi fatt intern, ir-realtà ta’ liema tista tkun mifhumha faċilment mis-semmiegħa. Fl-istess ħin, permezz tal-fatt hekk deskritt u kkwalifikat, huwa jindika kif hemm bżonn jinftiehem u jitpoġġa fil-prattika l-kmandament: la tikkommettix adulterju”, sabiex iwassal għall-“ġustizzja” mixtieqa mil-Leġislatur.

4. B’dan il-mod wasalna għall-espressjoni “ikkummetta adulterju fil-qalb”, espressjoni- ewlenija, milli jidher, biex ifisser is-sens etiku ġust tiegħu. Din l-espressjoni hija fl-istess ħin il-fonti ewlieni biex jirrivela l-valuri essenzjali tal-ethos il-ġdid: tal-ethos tad-Diskors tal-Muntanja. Kif spiss jiġri fil-Vanġelu, hawn ukoll niltaqgħu ma’ ċertu paradoss. Infatti kif jistà jseħħ “adulterju” mingħajr ma wieħed “jikkummetti adulterju”, jiġifieri mingħajr l-att estern, li jippermetti li jkun individwat l-att projbit mil-Liġi?  Rajna kemm timpenja ruħha il-każistika tad-“Dutturi tal-Liġi” fil-preċiżjoni ta’ din il-problema. Imma wkoll b’mod indipendenti mill-każistika, donnu  evidenti li l-adulterju jistà jkun individwat biss “fil-ġisem” (cf. Gen 2,24), jiġifieri meta t-tnejn, ir-raġel u l-mara, li jingħaqdu bejniethom hekk: li jsiru ġisem wieħed, ma jkunux raġel u mara miżżewġin. Liema sinifikat jistà mela jkollu “l-adulterju mwettaq fil-qalb”? Mhijiex din forsi espressjoni metaforika biss, użatha mill-Imgħallem biex jenfasizza il-pekkaminożità tal-konkupixxenza?

5. Li kieku kellna nammettu tali qari semantiku tal-istqarrija ta’ Kristu (Mt 5,27-28) jinħtieġ li nirriflettu b’mod profond fuq il-konsegwenzi etiċi li joħorġu, jiġifieri dwar il-konklużjonijiet dwar ir-regolarità etika tal-imġieba. L-adulterju jseħħ meta r-raġel u l-mara, li jingħaqdu bejniethom hekk li jsiru ġisem wieħed (cf. Ġen 2,24), jiġifieri bil-mod propju tal-miżżewġin ma jkunux miżżewġin legali. L-individwazzjoni tal-adulterju bħala dnub imwettaq “fil-ġisem” hija strettament u esklussivament marbuta mal-att “estern”, mal-konvivenza konjugali li tirreferi wkoll għall-istat tal-persuni aġenti, magħrufin mis-soċjetà. Fil-każ in kwestjoni dan l-istat huwa impropju u ma jawtorizzax tali att (minn hawn, appuntu, id-denominazzjoni: “adulterju”).

6. Waqt li ngħaddu għat-tieni parti tal-istqarrija ta’ Kristu (jiġifieri għal dik li fiha jibda jieħu forma l-ethos il-ġdid) hemm bżonn li nifhmu l-espressjoni: “kull min iħares lejn mara biex jixtieq”, fir-riferiment esklussiv għall-persuni skont l-istat ċivili tagħhom, magħruf jiġifieri mis-soċjetà, huma jew mhumiex miżżewġin. Hawn jibdew jimmultiplikaw ruħhom id-domandi. Ġaladarba ma tistax toħloq dubji il-fatt li Kristu jindika l-pekkaminożità tal-att intern tal-konkupixxenza espressa permezz tal-ħarsa ndirizzata lejn kull mara li mhix mart dak li jħares lejha b’tali mod, allura nistgħu u saħansitra rridu nistaqsu lilna nfusna jekk Kristu bl-istess espressjoni, jammettix u jikkonfermax tali ħarsa, tali att intern tal-konkupixxenza, dirett lejn il-mara li hija mart ir-raġel li jħares hekk lejha. Favur it-tweġiba affermattiva għal tali domanda donnha hemm il-premessa loġika li ġejja: (fil-każ in kwestjoni) jistà jikkommetti l-“adulterju f’qalbu” biss ir-raġel li mhux suġġett potenzjali tal-“adultrerju fil-ġisem”. Billi dan is-suġġett ma jistax ikun ir-raġel-żewġ fir-rigward tal-propja martu leġittima, allura l-“adulterju fl-qalb” ma jistax jirreferi għalih, imma jistà jitgħabba bi ħtija kwalunkwè raġel ieħor. Jekk żewġha, dan ma jistax jikkommettih fir-rigward tal-propja martu. Huwa għandu biss id-dritt esklussiv li “jixtieq”, li “jħares b’konkupixxenza lejn” il-mara li hija martu, u qatt ma wieħed jistà jgħid li minħabba tali att intern jiġi akkużat bl-“adulterju mwettaq fil-qalb”. Jekk minħabba ż-żwieġ għandu d-dritt li “jingħaqad ma’ martu” tant li “t-tnejn ikunu ġisem wieħed”, dan l-att qatt ma jistà jissejjaħ “adulterju”; b’mod analogu ma jistax ikun definit “adulterju mwettaq fil-qalb” l-att intern tax-“xewqa” li dwaru jitkellem id-Diskors tal-Muntanja.

7. Tali interpretazzjon tal-kliem ta’ Kristu f’Mattew 5,27-28, donnhom jikkorrispondu mal-loġika tad-Dekalogu, li fih, barra l-kmandament “la tikkommettix adulterju” (VI), hemm ukoll il-kmandament “la tixtieqx lil mart il-proxxmu tiegħek” (IX). Barra minn hekk ir-raġġjonament li sar biex isostnilu l-karatteristiċi kollha tiegħu tal-korrettezza oġġettiva u tal-eżattezza. Xejn inqas, jibqà fondatament fid-dubju jekk dan ir-raġunament jiħux ħsieb l-aspetti kollha tar-rivelazzjoni kif ukoll tat-tejoloġija tal-ġisem li jinħtieġ li jkunu meqjusa, speċjalment meta rridu nifhmu l-kliem ta’ Kristu. Diġa rajna qabel xinhu l-“piż speċifiku” ta’ din is-sentenza, kemm huma għonja l-implikazzjonijiet antropoloġiċi u tejoloġiċi tal-unika sentenza li fiha Kristu jerġà jeħodna lura “għall-oriġni”(cf. Mt 19,8). L-implikazzjonijiet antropoloġiċi u tejoloġiċi tal-espressjoni tad-Diskors tal-Muntanja, li fih Kristu jirreferi għall-qalb umana jikkonferixxu għall-istess espressjoni wkoll “piż speċifiku” propju, u fl-istess ħin jiddeterminaw il-koerenza mat-totalità tat-tagħlim evanġeliku. U għalhekk hemm bżonn nammettu li l-interpretazzjoni ppreżentata hawn fuq, bil-korrettezza oġgettiva u l-preċiżjoni loġika kollha tagħha, tirrikjedi ċerta espansjoni u, speċjalment, approfondiment. Hemm bżonn niftakru li r-referenza għall-qalb umana, espressa forsi b’mod paradossali (cf. Mt 5,27-28), tiġi minn Dak li “kien jaf dak li hemm f’kull bniedem” (Ġw 2,25). U jekk kliemu jikkonferma l-kmandamenti tad-Dekalogi (mhux biss is-sitta, imma wkoll id-disà), fl-istess ħin jesprimu dik ix-xjenza dwar il-bniedem, – kif diġa nnutajna xi mkien ieħor – tippermettilna li ngħaqqdu l-għarfien tal- pekkaminożità umana bil-prospettiva tal-“fidwa tal-ġisem” (cf. Rm 8,23). Appuntu tali “xjenza tinsab fil-bażi tal-ethos il-ġdid” li joħroġ mill-kliem tad-Diskors tal-Muntanja.

Waqt li nieħdu in konsiderazzjoni dan kollu, nikkonkludu li, bħal fil-fehim tal-“adulterju fil-Gisem” Kristu jissottometti għall-kritika l-interpretazzjoni żbaljata u unilaterali tal-adulterju li joħroġ mill-osservanza nieqsa tal-monogamija (jiġifieri miż-żwieġ intenzjonat bħala allejanza indefettibbli tal-persuni), hekk ukoll fl-intenzjoni tal-“adulterju fil-qalb” Kristu ma jiħux in kunsiderazzjoni biss l-istat ġuridiku rejali tar-raġel u tal-mara in kwestjoni. Kristu jagħmel tiddependi l-valutazzjoni morali tax-“xewqa” speċjalment tal-istess dinjità personali tar-raġel u tal-mara; u dan għandu l-importanza tiegħu kemm meta jidħlu il-persuni mhux miżżewġa, kif ukoll – u forsi iktar – meta jkunu miżżewġin, mara u raġel. Minn dan il-punt di vista ikun jaqblilna li nkomplu l-analiżi tal-kliem tad-Diskors tal-Muntanja, u dan nagħmluh id-darba li ġejja.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >

.