49. Kristu jsejħilna biex insibu mill-ġdid il-qawwiet ħajjin tal-bniedem il-ġdid.


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 03/12/1980.

1. Fil-bidu tal-konsiderazzjonijiet tagħna dwar il-kliem ta’ Kristu fid-Diskors tal-Muntanja (Mt 5,27-28), innutajna li dan fih sinifikat profond etiku u antropoloġiku.

Hawn jidħol il-pass li fih Kristu jfakkar il-kmandament “La tikkommettix adulterju”, u jżid: “Kulmin iħares lejn mara biex jixtieqha, diġa jkun ikkummetta adulterju magħha (jew lejha) f’qalbu”. Qegħdin nitkellmu dwar sinifikat etiku u antropoloġiku ta’ tali kliem, għaliex dan jalludi għaż-żewġ dimensjonijiet strettament marbutin tal-ethos u tal-bniedem “storiku”. Fittixna, fil-kors tal-analiżi preċedenti, li nsegwu dawn id-dimensjonijiet, waqt li dejjem kellna f’moħħna li l-kliem ta’ Kristu huwa ndirizzat għall-“qalb”, jiġifieri għall-bniedem intern. Il-bniedem intern huwa s-suġġett speċifiku tal-ethos tal-ġisem, u dwar dan Kristu jrid jissustanza il-kuxjenza u r-rieda tas-semmiegħa u d-dixxipli tiegħu. Huwa bla ebda dubju ta’ xejn ethos “ġdid”. Huwa “ġdid, fil-konfront tal-ethos tal-bnedmin tat-Testment il-Qadim, kif diġa fittixna li nuru f’analiżi iktar partikulariġġata. Dan huwa “ġdid” ukoll rispett għall-istat tal-bniedem “storiku”,  ta’ wara d-dnub tan-nisel, jiġifieri rispett għall-bniedem tal-konkupixxenza”. 

Huwa mela ethos “ġdid f’sens u f’portata universali. Huwa “ġdid għal kull bniedem, indipendentement minn kwalunkwè lonġitudni u latitudni ġejografika u storika.

2. Dan l-ethos il-“ġdid, li joħroġ mill-prospettiva tal-kliem ta’ Kristu ppronunzjat fid-Diskors tal-Muntanja, sejjaħnielu iktar minn darba “ethos tal-fidwa” u b’mod iktar preċiż, ethos tal-fidwa tal-ġisem. Hawn segwejna lil San Pawl, li fl-ittra lir-Rumani, jikkuntrasta “l-iskjavitù tal-korruzzjoni” (Rm 8,21) u s-sottomissjoni “għall-kwalità ta’ ħajja li tgħaddi malajr” (Rm8,20) – li tagħha sar parteċipi l-ħolqien kollu minħabba d-dnub – għax-xewqa tal-“fidwa tal-ġisem tagħna” (Rm 8,23). F’dan il-kuntest, l-appostlu jitkellem dwar krib tal-“ħolqien kollu”, li “jgħajjex ġewwa fih it-tama li jkun hu iktar ħieles mill-iskjavitù tal-korruzzjoni, biex jdħol fil-libertà tal-glorja ta’ wlied Alla” (Rm 8,20-21). B’tali mod, San Pawl jiżvela s-sitwazzjoni tal-ħolqien kollu u b’mod partikulari tal-bniedem wara d-dnub. Sinifikattiva għal din is-sitwazzjoni hija l-aspirazzjoni l-ġdida li – flimkien mal “adozzjoni ta’ wlied” (Rm 8,23) – tintrabat propju mal-fidwa tal-ġisem”, ippreżentata bħala il-fini, bħall-frott eskatoloġiku u matur tal-misteru tal-fidwa tal-bniedem u tad-dinja, imwettqa minn Kristu.

3. F’liema sens, mela, nistgħu nitkellmu mill-ethos tal-fidwa u b’mod speċjali mill-ethos tal-fidwa tal-ġisem? Hemm bżonn li nagħrfu li fil-kuntest tal-kliem tad-Diskors tal-Muntanja (Mt 5,27-28), analizzati minna, dan is-sinifikat għadu ma jitfaċċax fil-milja kollha tiegħu. Huwa jimmanifesta ruħu b’mod iktar sħiħ meta neżaminaw kliem ieħor ta’ Kristu, jiġifieri dak li fih jirreferi għall-Qawmien (cf. Mt 22,30; Mk 12,25; Lk 20,35-36).

Madankollu mhemm ebda dubju li wkoll fid-Diskors tal-Muntanja Kristu jitkellem fil-prospettiva tal-fidwa tal-bniedem u tad-dinja ( u allura appuntu dwar “il-fidwa tal-ġisem). Hija, fil-fatt, din il-prospettiva tal-Vanġelu kollu kemm hu, tat-tagħlim kollu, anzi tal-missjoni kollha ta’ Kristu. U għalkemm il-kuntest immedjat tad-Diskors tal-Muntanja jindika l-Liġi u l-Profeti bħala l-punt storiku ta’ referenza, propju tal-Poplu ta’ Alla tal-Allejanza Antika, madankollu ma nistgħux ninsew li fit-tagħlim ta’ Kristu, ir-referenza fondamentali għall-kwistjoni taż-żwieġ u għall-problema tar-relazzjonijiet bejn ir-raġel u l-mara, tirrevoka għall-“bidu”. Tali revokazzjoni tistà tkun ġustifikata biss mir-rejaltà tal-Fidwa; ‘il barra minnha, infatti, tibqà unikament il-konkupixxenza tripla inkella dik l-“iskjavitù tal-korruzzjoni”, li dwarha jikteb l-Appostlu Pawlu (Rm 8,21). Il-prospettiva biss tal-Fidwa tiġġustifika r-revoka tal-“bidu”, jiġifieri l-prospettiva tal-misteru tal-ħolqien fit-totalità tat-tagħlim ta’ Kristu dwar il-problemi taż-żwieġ, tar-raġel u tal-mara u tar-rapport reċiproku tagħhom. Il-kliem ta’ Mattew 5,27-28 jitpoġġa, fl-aħħar minn l-aħħar, fl-istess prospettiva tejoloġika

4. Fid-Diskors tal-Muntanja Kristu ma jistedinx lill-bniedem biex jergà lura għall-istat tal-innoċenza oriġinarja, għaliex l-umanità dan telqitu warajha b’mod irrevokabbli, imma jsejjaħlu biex jerġà jsib – fuq is-sies tas-sinifikati perenni u, biex ngħidu hekk, indistruttibbli ta’ dak li huwa “uman” – il-forom ħajjin tal-“bniedem il-ġdid”. F’tali mod huwa jorbot rabta, anzi, kontinwità bejn il-“bidu” u l-prospettiva tal-Fidwa. Fl-ethos tal-fidwa tal-ġisem hemm bżonn li jerġà jinqabad mill-ġdid l-ethos oriġinali tal-ħolqien. Kristu ma jibdilx il-Liġi, imma jwettaq il-kmandament: “La tikkummettix adulterju”; però, fl-istess ħin, imexxi lill-intellett u lill-qalb tas-semmiegħa tiegħu lejn dik il-“milja tal-ġustizzja” mixtieqa minn Alla ħallieq u leġiżlatur, li dan il-kmandament jiġbor fih. Tali milja tinstab: l-ewwel b’viżjoni nterna “tal-qalb”, u mbagħad b’mod adegwat ta’ li tkun u li taġixxi, fil-miżura li fiha l-ethos tal-fidwa tal-ġisem jiddomina l-konkupixxenza tal-ġisem u l-bniedem kollu tal-konkupixxenza. Kristu ndika b’ċarezza li t-triq biex naslu trid tkun triq ta’ temperanza u padronanza tax-xewqat, u dan fl-għerq stess, diġa fl-isfera purament interna (“kulmin iħares biex jixtieq”). L-ethos tal-fidwa fih f’kull ambitu – u b’mod dirett fl-isfera tal-konkupixxenza tal-ġisem – l-imperattiv tad-dominju tiegħu nnifsu, il-bżonn ta’ ristrinġiment immedjat u ta’ temperanza regolari.

5. Bdanakollu, it-temperanza u l-kontinenza ma jfissrux  – jekk hekk huwa possibbli li wieħed jesprimi ruħu – sospensjoni fil-vojt: la fil-vojt tal-valuri lanqas fil-vojt tas-suġġett. L-ethos tal-fidwa jirrejalizza ruħu fil-padronanza tiegħu nnifsu, permezz tat-temperanza, jiġifieri l-kontinenza tax-xewqat. F’din l-imġieba il-qalb umana tibqà marbuta mal-valur minn liema, per via tax-xewqa, kien ikollha nkella titbiegħed, waqt li torjenta lilha nfisha lejn il-pura konkupixxenza nieqsa mill-valur etiku (kif għidna fl-analiżi preċedenti). Fuq l-art tal-ethos tal-fidwa l-għaqda ma’ dak il-valur, permezz ta’ att ta’ dominju, tiġi kkonfermata jew inkella ristabbilita b’qawwa u fermezza ferm iktar profondi. U hawn għandu x’jaqsam il-valur tas-sinifikat sponsali tal-ġisem, il-valur ta’ sinjal trasparenti, permezz ta’ liema l-Ħallieq – flimkien mal-attrattiva reċiproka tar-raġel u tal-mara permezz tal-maskulinità u l-femminilità – kiteb fil-qalb tat-tnejn li huma ir-rigal tal-komunjoni, jiġifieri r-rejaltà misterjuża tax-xbiha u s-xebħ tiegħu.  Dan it-tali valur jidħol fl-att tad-dominju tiegħu nnifsu u tat-temperanza, għal-liema Kristu jalludi fid-Diskors tal-Muntanja (Mt 5,27-28).

6. Dan l-att jistà jagħti l-impressjoni tas-sospensjoni “fil-vojt tas-suġġett”. Jistà jagħti l-impressjoni b’mod partikolari meta jkun meħtieġ li jiddeċiedi li jwettqu għall-ewwel darba, jew inkella, ferm iktar, meta tkun inħolqot l-abidtudni kontrarja, meta r-raġel jkun dera jċedi għall-konkupixxenza tal-ġisem. Madankollu, saħansitra diġa l-ewwel darba, u ferm iktar jekk imbagħad jakkwista l-ħila, ir-raġel jakkwista l-esperjenza gradata tad-dinjità propja u, permezz tat-temperanza, jafferma l-awtodominju propju u juri li se jwettaq dak li fih huwa essenzjalment personali. U, barra minn hekk, gradatament jesperimenta l-libertà tar-rigal, li minn banda huwa l-kondizzjoni, u minn banda oħra huwa t-tweġiba tas-suġġett għall-valur sponsali tal-ġisem uman, fil-femminilità u l-maskulinità tiegħu. Hekk, mela, l-ethos tal-fidwa jseħħ permezz tad-dominju tiegħu nnifsu, permezz tat-temperanza tax-“xewqat”, meta l-qalb umana torbot allejanza ma’ tali ethos, jew pjuttost tikkonfermaha permezz tal-propja soġġettività integrali: meta jimmanifestaw ruħhom il-possibiltajiet u d-dispożizzjonijiet l-iktar profondi u xejn inqas l-iktar rejali tal-persuna, meta jakkwistaw leħen l-istrati l-iktar profondi tal-potenzjalità, għal-liema l-konkupixxenza tal-ġisem, biex ngħidu hekk, ma tippermettix li timmanifesta ruħha. Dawn l-istrati ma jistgħux joħorġu linqas meta l-qalb umana hija wieqfa f’suspett permanenti, kif jirriżulta mill-ermenewtika Freudjana. Ma jistgħux jimmanifestaw ruħhom linqas meta fil-kuxjenza jiddomina l-“antivalur” manikew. Għall-kuntrarju l-ethos tal-fidwa jibbaża ruħu fuq l-allejanza stretta ta’ dawk l-istrati.

7. Riflessjonijiet ulterjuri jagħtuna provi oħra. Waqt li ntemmu l-analiżi tagħna dwar l-espressjoni hekk sinifikattiva ta’ Kristu skont  Mattew 5,27-28, naraw li fiha il-“qalb” umana hija fuq kollox oġġett ta’ sejħa u mhux ta’ akkuża. Fl-istess ħin, hemm bżonn nammettu lil-kuxjenza tal-pekkaminożità hija fil-bniedem “storiku” mhux biss punt tat-tluq meħtieġ imma wkoll kondizzjoni ndispensabbli tal-aspirazzjoni tiegħu għall-virtù, għall-“purezza tal-qalb”, għall-perfezzjoni. L-ethos tal-fidwa tal-ġisem jibqà b’mod profond radikat fir-rejaliżmu antropoloġiku u assjoloġiku tar-rivelazzjoni. Waqt li jiġbed l-attenzjoni, f’dan il-każ, tal-“qalb”, Kristu jifformula kliemu bil-mod l-iktar konkret tal-modi: il-bniedem, infatti, huwa uniku u speċjalment irrepetibbli fuq kollox minħabba “qalbu” li tiddeċiedi dwaru “minn ġewwa”. Il-kategorija tal “qalb” hija, f’ċertu sens, l-erkwivalenti tas-soġġettività personali. It-triq tas-sejħa mill-ġdid għall-purezza tal-qalb, hekk bħal ma kienet espressa fid-Diskors tal-Muntanja, hija hekk jew hekk reminixxenza tas-solitudni oriġinarja, li minnha l-bniedem-maskju inħeles permezz tal-ftuħ lejn l-esseri uman l-ieħor, lejn il-mara. Il-purezza tal-qalb tispjega ruħha, fl-aħħar minn l-aħħar, bir-rigward lejn is-suġġett l-ieħor, li huwa “kon-imsejjaħ” b’mod oriġinarju u permanenti.

Il-purezza hija esiġenza tal-imħabba. Hija d-dimensjoni tal-verità nterna tagħha fil-“qalb” tal-bniedem.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >