Illum il-Knisja tfakkar lil San Lawrenz ta’ Brindisi


Fil-21 ta’ Lulju l-Knisja tfakkar lil San Lawrenz ta’ Brindisi, Saċerdot u Duttur tal-Knisja li għex bejn is-snin 1559 – 1619.

Ċesare de Rosse twieled fil-belt ta’ Brindisi, l-Italja. Fi ċkunitu ġie edukat mill-patrijiet Franġiskani Konventwali fi Brindisi. Ta’ tnax-il sena tilef lil missieru, u zijuh ħa ħsieb jibagħtu jistudja fil-kulleġġ ta’ San Mark, f’Venezja.

Fl-1575, meta kellu 16-il sena daħal mal-Kapuċċini ta’ Verona. Hawnhekk ħa l-isem ta’ Lawrenz. Studja l-filosofija u t-teoloġija fl-Università ta’ Padova. Kien jaf tajjeb ħafna lingwi. Barra t-Taljan, kien fluwenti fil-Latin, Grieg, Ebrajk, Ġermaniż, Franċiż, Spanjol u Bhoemi. Kien student brillanti u sar espert fil-Bibbja. Ħa l-quddiesa, fl-1582, ta’ 23 sena.

Fl-1596, sar id-Definitur Ġenerali tal-Kapuċċini f’Ruma. Il-Papa Klement VIII talbu jipprietka l-Vanġelu lil-Lhud tal-belt.

Fl-1598, ġie mibgħut il-Ġermanja biex jaħdem fost il-Luterani. Meta kien il-Ġermanja huwa kien strument biex jinfetħu kunventi fi Praga, Vjenna u Gorizea.

Fuq talba tal-Imperatur Rudolfu II, huwa organizza armata biex iwaqqaf l-avvanz tat-Torok li kienu waslu biex jinvadu l-Ungerija. Hu stess personalment kien iħeġġeġ lis-suldati. Fil-battalja ta’ Stuhlweissenburg, fl-1601, l-Insara rebħu minkejja li t-Torok kienu erba’ darbiet iktar minnhom fin-numru, u hekk l-Ewropa kollha salvat.

Fl-1602, il-Kapuċċini għażluh biex ikun il-Ministru Ġenerali tal-Ordni tagħhom.

Fl-1605, il-Papa bagħtu l-Ġermanja. Huwa ddefenda bil-qawwa tiegħu kollha l-Kattoliċiżmu fil-Ġermanja u fl-Awstrija bil-kitba u bil-prietki. Minkejja l-attività kbira tiegħu kien bniedem ta’ talb.

Fl-1610, mar Spanja biex jipperswadi lir-Re Filippu III, biex jidħol fil-Lega Kattolika. Meta kien Spanja hu fetaħ dar tal-Kapuċċini f’Madrid.

Fl-1618, irtira fil-monasteru ta’ Caserta. Iżda biex jaqbeż għan-nies ta’ Napli mar ikellem lir-Re Filippu III. Wara li ltaqa’ mar-Re miet f’Lisbona, fit-22 ta’ Lulju li ħabat eżatt is-60 sena mit-twelid tiegħu. Il-Papa Ljun XIII ikkanonizzah fl-1881. Il-Papa Ġwanni XXIII iddikjarah Duttur tal-Knisja fl-1959.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.