Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 21 ta’ Lulju


It-Tlieta, 21 ta’ Lulju 2020: Quddiesa u Rużarju mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kurja tal-Arċisqof …

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-inċident insibuh fi tliet evanġelji li jixtiebhu, u li aħna ngħidulhom sinottiċi għax jixtiebhu, f’dak ta’ San Mattew, San Mark u f’ta’ San Luqa. Huwa San Mark biss li jgħidilna li ommu u ħutu marru jfittxu lil Ġesù għax xi ħadd qalilhom li kien qed jitlef minn moħħu, li kien qed jiġġennen.

Tistgħu timmaġinaw kemm inkwetat il-Madonna. Din ma marritx weħidha biex tfittex lit-tifel u ħadet ukoll lill-qraba, dawk li l-evanġelji jsejħilhom ‘ħutu’.

Ir-risposta ta’ Ġesù mhijiex risposta ta’ miġnun imma risposta li qiegħda wkoll u l-iżjed għalina. Ġesù qal li ħutu u ommu mhumiex dawk skont il-laħam u n-nisel imma skont l-ispirtu. “Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi”.

Li tolqotna fir-risposta ta’ Ġesù mhijiex forsi l-mod kif iwieġeb lil qrabatu, imma l-fatt li ma jsejjaħilniex biss ħutu, imma jagħmilna wkoll ommijiet. Xi tfisser din il-ħaġa? L-aħwa huma dawk li jirtu, l-aħwa huma dawk li ma jagħżlux lil xulxin imma aħna nitolbu li jħobbu ħafna lil xulxin, imma l-omm hija dik li tnissel il-preżenza, il-ħajja. Id-dixxiplu li jobdi lil Misiser fej ikun, jiġġenera l-preżenza ta’ Ġesù, isir omm. Il-preżenza ta’ Ġesù Rxoxt hija spiritwali imma fl-imħabba ta’ bejnietna u fl-ubbidjenza lejn il-Missier aħna nsiru ommijiet ta’ Ġesù, dak li nwassluh bil-preżenza tagħna.

Is-saċerdot għandu paternità spiritwali imma huwa mgħoti wkoll din il-qawwa kbira ħafna li f’isem Ġesù jitma lil Knisja u lill-poplu bil-ġisem u d-demm tal-Imgħallem.

San Lawrenz ta’ Brindisi kien saċerdot li ddefenda lill-poplu tiegħu. Hu tant kien kuraġġuż fil-battalja kontra l-Ottomani, proprju fil-Lvant tal-Ewropa, dik li llum hi l-Ungerija, li kemm it-Torok Ottomani u kemm l-Insara, li kien kappillan tagħhom, li ħasbuh xi ħadd straordinarju. Hu kien imur fejn hemm il-feruti u jagħtihom il-faraġ tas-sagramenti mingħajr ma jħares lejn il-vleġeġ u l-balal tal-kanuni. Il-ħeġġa tiegħu kienet straordinarja.

Aħna nitolbu biex ikollna saċerdoti mimlijin żelu, bħalma kien San Lawrenz ta’ Brindisi u mingħajr ma ninsew ukoll illum il-familja reliġjuża li fiha sar qaddis, l-Ordni tal-Aħwa Franġiskani Kapuċċini.

✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Il-Qari tal-Quddiesa:
Qari I: Mik 7, 14-15.18-20
Salm: 84 (85), 2-4.5-6.7-8
Evanġelju: Mt 12, 46-50

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.