Omelija fil-Parroċċa ta’ San Timotju, Ruma

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II

Ruma, 10 ta’ Frar 1980

Ninsab kuntent li jien f’nofskom, għeżież fidili tal-parroċċa ta’ San Timotju Casal Palocco, biex ngħix waqt intens tal-komunjoni ekkleżjali flimkien magħkom, li permezz tal-persuna umli tiegħi, tifirħu llum bil-preżenza tal-Isqof tagħkom, li bħal ma jenfasizza l-Konċilju, “isostni l-parti tal-istess Kristu, Mgħallem, Ragħaj u Papa, u jaġixxi minfloku” (LumenGentium, 21).

Jiena kuntent li niskopri mill-ġdid u napprofondixxi magħkom, fit-testi tal-liturġija ta’ dan il-Ħadd. Il-vokazzjoni-missjoni fundamentali tan-nisrani li, bħall-profeti, bħall-Appostli, huwa msejjaħ biex jiżvolġi l-ministeru li jħabbar u jevanġelizza lil Kristu, waqt li jirrendih attwali permezz tax-xhieda propja tiegħu.

Imħeġġa mill-għarfien ta’ dmir hekk eżaltanti, ilqgħu, għeżież fidili, it-tislima tiegħi ta’ mħabba, li tiddiriġi ruħha qabel kollox lilkom preżenti u trid fl-istess ħin tilħaq lil kull wieħed mill-madwat ħmistax-il elf abitant tal-kwartier u l-erbat elef familja miġbura b’mod spiritwali madwar dan it-tempju. Kunu afu li lkoll intom għeżież għalija u li noffri lill-Mulej b’mod speċjali l-ħsibijiet u l-intenzjonijiet tat-tbatijiet fir ruħ u fil-ġisem, tat-tfal u ta’ dawk inqas favoriti mill-fortuna umana.

L-ispirtu tiegħi idur issa rikonoxxenti lejn il-Kardinal vigarju u l-Isqof awżiljarju Monsinjur Clemente Riva, li b’attenzjoni wettaq f’Novembru li għadda l-vista pastorali f’din il-komunità; lejn il-kappillan, Dun Antonio Amori, u lejn is-saċerdoti koperaturi tiegħu, li b’tant dedikazzjoni ħejjew din il-laqgħa tagħna. Ma nistax, barra minn dan, inħalli barra li nsemmi r-reliġjużi, irġiel u nisa li jipprovdu, ukoll okkażjonalment, kollaborazzjoni speċjali lill-inizjattivi parrokkjali.

Kelma speċjali ta’ sodisfazzjon nixtieq inwassal lill-membri kollha tal-gruppi differenti – grupp katekistiku, tal-animaturi ġovanili, karitattiv, ta’ struzzjinu reliġjuża u neokatekumenali, eċċ… – li, f’kollaborazzjoni stretta mal-presbiterju, jipproponu ruħhom li jqanqlu simpatija fiċ-ċirku wiesà tal-fidili tweġiba responsabbli u fattiva tal-vokazzjoni nisranija tagħhom.

  1. Fir-rigward ta’ din il-vokazzjoni, il-Vanġelu tallum joffrilna materja abbundanti ta’ riflessjoni u l-qari kollu tal-liturġija tal-Ħadd jippermettilna li nifhmu iktar aħjar fil-fond il-kontenut.

Hekk hu l-kwadru l-iktar frikwenti tal-Vanġelu: Kristu jgħallem. Jgħallem lil dawk li “jrossu” madwaru “biex jisimgħu l-kelma ta’ Alla” (Lq 5,2). L-ewwel jgħallem fuq ix-xatt tal-għadira ta’ Ġenazaret, imbagħad jitlà “fuq id-dgħajsa, li kienet ta’ Xmun”, u waqt li talbu biex jaqlà ftit ‘il barra mill-art, ikompli jamministra lill-folol mid-dgħajsa (cf. Lq 5,3). Wara li jieqaf jitkellem, huwa jitbiegħed mill-folla u jamar lil Xmun biex jiġbed ‘il barra u hemm jixħet ix-xbiek sabiex jistad (cf. Lq 5,4).

Il-ġrajja, li tistà tidher waħda tas-soltu, tassumi minn hemm u ftit ieħor karattru straordinarju. Is-sajda, infatti, turi ruħha  b’mod partikolari abbundanti, li tissorprendi lil Xmun u lis-sajjieda l-oħra, li preċedentement tħabtu, tul il-lejl kollu, u ma qabdu xejn: “Ħdimna l-lejl kollu u ma qbadna xejn” (Lq 5,5), jgħid Xmun. Meta Ġesù jitolbu biex jixħet ix-xbiek. Dan jagħmluh b’rispett għal kelmet Ġesù, imqanqla minn mottiv ta; stima u ta’ ubbidjenza.

Is-sajda abbundantissma mhix mistennija, tant li kellhom jitolbu l-għajnuna ta’ sħabhom fid-dgħajsa l-oħra, tqanqal fi Xmun Pietru rejazzjoni tipika tiegħu. Huwa jinxteħet f’riġlejn Ġesù u jgħid: “Mulej, tbiegħed minni għax jiena midneb” (Lq 5,8). L-oħrajn xhieda tal-ġrajja mirakoluża, l-aħwa Ġakbu u Ġwanni, ma jirrejaġixxux bl-istess mod, imma huma wkoll jinħatfu minn stagħġib kbir għal dik is-sajda straordinarja mwettqa (cf. Lq 5,9).

Ġesù, allura, jindirizza l-kliem lil Xmun li jagħti lill-ġrajja kollha s-sinifikat profetiku: “La tibżax; minn issa ‘l hemm int se tkun sajjied tal-bnedmin” (Lqc5,10).

  1. F’okkażjonijiet differenti aħna nistgħu nosservaw li Sidna Ġesù jgħallem lil dawk kollha li jersqu lejh biex jisimgħu kelmtu, madankollu huwa jipproponi ruħu li jgħallem b’mod partikolari lill-appostli, biex jintroduċihom fil-“misteri tas-saltna”, li speċjalment huma għandhom jagħrfu, biex jemmnu fil-missjoni tiegħu. Ġesù jedukahom għad-dmirijiet ta’ xhieda futura tal-qawwa tiegħu u ta’ għalliema sikuri ta’ dik il-verità, li hu ġab fid-dinja mingħand il-Missier, tal-verità li hi huwa nnifsu.

Is-silta evanġelika tallum turina wieħed mill-waqtiet partikolari ta’ tali attenzjoni, li permezz tagħha Ġesù jwettaq lill-appostli u b’mod speċjali lil Xmun Pietru fil-vokazzjoni propja. Il-metodu wżat mill-Imgħallem divin imur ‘il hemm minn sempliċi tagħlim, l-aħbar tal-kelma u l-ispjega tagħha. Biex iġegħlha tippenetra fil-fond, Ġesù jikkonferma l-verità tal-kelma mħabbra bir-rivelazzjoni tal-qawwa sovrumana u soprannaturali ta’ Alla, li tiddirieġi ruħha b’mod dirett għall-bniedem kollu.

Quddiem din ir-rivelazzjoni ta’ din il-qawwa, ir-rejazzjoni tal-bniedem hija dejjem dik murija minn Xmun Pietru: l-għarfien tal-indinjità u tal-pekkominiżità propja. U aħna ma ngħidux dejjem, qabel ma nirċievu t-Tqarbina mqaddsa: O Mulej, ma jixraqlix li nieħu sehem mill-mejda tiegħek…? Pietru min-naħa tiegħu jenfasizza: “Tbiegħed minni għaliex jien midneb” (Lq 5,8). San Pawl, imqanqal mill-istess sentiment, jikteb: “Niniex denn linqas li nissejjaħ appostlu , għaliex ippersegwitajt il-Knisja ta’ Alla” (1Kor 15,9). Hekk jiddefendi ruħu Iżaija għas-sejħa tal-Mulej, li jrid jevadi, billi jopponi l-impurità ta’ xuftejh, li ma jixirqilhomx jippronunzjaw il-kelma tal-Mulej (cf. Is 6,5).

Tali sens profond ta’ pekkaminożità personali u ta’ indinjità tippermetti lil Alla stess li jaġixxi, jippermetti l-grazzja tiegħu – grazzja tas-sejħa divina – ki ssir effikaċi.

Xuftejn Iżaija, mimsusa minn faħam iħeġġeġ, isiru puri u l-profeta jistà jgħid: “Hawn jien, ommi!” ( 6,8). Pawlu mibdul minn persekutur f’appostlu, jistqarr: “Għall-grazzja ta’ Alla iżda jien dak li jien, u l-grazzja tiegħu fija ma kinitx għal xejn” (1Kor 15,10). Xmun Pietru, mill-banda l-oħra, jismà minn xuftejn Kristu nnifsu dak il-kliem rassikuranti: “Tbżax, minn issa ‘l hemm se tkun sajjied tal-bnedmin” (Lq 5,10).

  1. Fil-qari tallum hemm miġbura lezzjon dimostrattiva profonda tar-rapport veru tagħna personali ma’ Alla. Huwa meħtieġ qabel xejn li aħna jkollna sens profond tal-qdusija tiegħu u fl-istess ħin sentiment ħaj tal-ħtija u l-indinjità tagħna. Iktar ma nħossu din tal-aħħar, iktar tiżvela ruħha tal-ewwel: Alla fil-majjesta indeskrivibbli tal-qawwa tiegħu u ta’ mħabbtu; Ħallieq u Feddej tal-bniedem; Għerf, Ġustizzja, Ħniena: Alla Omnipreżenti, Omnixxenti(jaf kollox), Omnipotenti.

Kristu bit-tagħlim tiegħu jurina tali misteru impenetrabbli ta’ Alla u fl-istess ħin iqarrabulna, waqt li jitkellem il-lingwaġġ tal-bnedmin sempliċi, waqt li jippreżenta l-qawwa tal-istess Alla b’sinjali viżibbli bħall-eżempju tas-sajda tal-għadira ta’ Geneżaret.

Jirrifletti kull wieħed u waħda minna jekk ir-rapport intern tiegħu/tagħha ma’ Alla għandux il-karatteristiċi li jidhru fl-imġieba ta’ Xmun Pietru, ta’ Pawlu ta’ Tarsu, tal-ptofeta Iżaija; jekk ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla mhijiex wisq superfiċjali, unilaterali, interessata. Nibżgħu mid-dnub biex ma noffendux lill-Missier u lil Ibnu uniġenitu, li għalina aċċetta l-passjoni u l-mewt fuq is-salib?

Jew neqsin mill-għarfien ta’ dik l-indinjità profonda fil-konfront ta’ dak li waħdu hu uniku huwa qaddis?

Ejjew nimpenjaw ruħna f’dan is-sens.

  1. Barra minn dan, il-qari tallum fih ħsibijiet u ndikazzjonijiet important għall-ħajja tal-parroċċa kollha, bħala komunità tal-Poplu ta’ Alla.

Kristu qal lil Pietru: “Minn issa ‘l hemm se tkun sajjied tal-bnedmin” (Lq 5,10); tali sajda misterjuża tikkorrispondi mal-missjoni nċessanti tal-Knisja, ta’ kull komunità fil-Knisja u ta’ kull nisrani. Tmexxi l-bnedmin ħajjin, l-erwieħ umani għad-dawl tal-fidi u għas-sors tal-imħabba; turihom is-Saltna ta’ Alla fil-qlub u fil-pjan tal-istorja tal-umanità; tlaqqà lil kulħadd f’dik l-unità, li ċ-ċentru tagħha huwa Kristu: hawn hi l-missjoni kontinwa tal-Knisja. Il-Konċilju Vatikan II ta, fit-tagħlim tiegħu, l-espressjoni aħiħa ta’ din il-missjoni.

U bħal fiż-żmien ta’ Ġesù, hekk ukoll illum, tali missjoni tesiġi xandir kostanti li jħejji u jiffaċilita l-ilqugħ tal-verità divina u tal-imħabba fraterna. Hija tesiġi li l-persuni ndividwali, il-gruppi, l-ambjenti “jinqatgħu kultant mill-art” biex “ibaħħru bejn sema u ilma”. Hija meħtieġa tali penetrazzjoni iktar profonda tal-Vanġelu u tal-misteri divini. Hija b’mod speċjali meħtieġa intimità familjari, esklussiva, żelanti ma’ Kristu u mal-Missier fl-Ispirtu Santu, sabiex jimmaturaw l-appostli, jiġifieri l-insara perfetti, lesti li jagħtu lill-oħrajn billi jieħdu mill-milja propja tagħhom, sabiex il-grazzja ta’ Alla fihom ma tkunx għal xejn (cf. 1Kor 15,10; 2Kor 6,1).

Propju minħabba dan ix-xogħol multiplu u intens tal-Knisja fil-parroċċa tagħkom, jiena llum ġejt biex nitlob u nirrikjedi flimkien magħkom, fis-sagrifiċċju ewkaristiku u fil-laqgħat suċċessivi, id-don ta’ xhieda nisranija matura.

“Mgħallem… għall-kelma tiegħek se nixħet ix-xbieki” (Lq 5,5). Il-komunità tagħkom, ir-rgħajja tagħkom, l-erwieħ kollha apostoliċi, reliġjużi rgiel, reliġjużi nisa u lajċi responsabbli, il-parruċċani kollha ma jiqfux jaħsbu hekk, imħeġga minn dan l-istess spirtu ta’ fidi; u li jaġixxu konsegwentement. L-Imgħallem u Sidna huwa preżenti b’mod kostanti fid-dgħajsa tagħna!

  1. Biex tirrendu nċisiv l-impenn tagħkom u tattraduċu fir-realtà ħajja tal-kwartier l-identità nisranija tagħkom, nixtieq nindirizzalkom xi eżortazzjonijiet.

Il-vokazzjoni tan-nisrani, titwettaq sostanzjalment, minbarra fil-ħajja tal-grazzja, fix-xhieda tal-imħabba u tas-solidarjetà, li tirrikjedi ovvjament ftuħ lejn l-oħrajn, aċċettati bħala tali, u timbotta biex toħrog minnhom stess, mill-propji biżgħat u difiżi, mit-trankwillità tal-propju konfort, biex tikkomunika u fl-istess ħin tibni xibka ta’ rapporti reċiproċi għall-ġid spiritwali, morali u soċjali ta’ kulħadd.

Barra minn hekk, l-impenn tagħkom ta’ tkabbir nisrani jiżvolġi fil-qasam tal-komunità parrokkjali, li għandu joffri “Eżempju mdawwal ta’ apostolat komunitarju, waqt li jħallat flimkien d-differenzi umani kollha li jkun hemm u jinserixxihom fl-universalità tal-Knisja” (Apostolicam Actuositatem, 10).

L-impenn imbagħad għas-saħħa tal-familja, għall-għarfien tal-missjoni għolja tagħha u dak għall-formazzjoni taż-żgħażagħ, li jinħtieġu ideali u traxxinaturi konvinċenti, tikkostitwixxi punt ieħor prinċipalissmu tal-azzjoni parrokkjali solidali tagħkom.

Tassistikom fl-isforzi ġenerużi tagħkom il-protezzjoni divina, mill-bqija assikuraw ruħkom mill-grazzja tal-vokazzjoni nisranija tagħkom, tgħinkom l-interċessjoni ta’ Marija, Omm Kristu u tal-Knisja u jikkonfortakom il-konvinċiment  li l-Papa, l-Isqof tagħkom, huwa magħkom biex jikkonfermakom u jassikurakom, sabiex il-parroċċa tagħkom tkun tistà twettaq b’mod effikaċi, f’dan iż-żmien ta’ grazzja, il-missjoni inaljenabbli riċevuta mill-Imgħallem: “Morru u għallmu l-ġnus kollha” (Ġwanni Pawlu II, Catechesi Tradendae).

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emauel Zarb

 

 

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.