129. Konklużjoni tar-Serje: Fidwa tal-Ġisem u Sagramentalità taż-Żwieġ

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali –  28/11/1984.

1. It-totalità tal-katekeżi li bdejt iktar minn erbà snin ilu u li llum se nikkonkludi, tistà tinġabar taħt it-titlu: “L-imħabba umana fil-pjan divin”, jew bi preċiżjoni ikbar: “Il-Fidwa tal-ġisem u s-sagramentalità taż-żwieġ”. Dawn jinqasmu f’żewġ partijiet.

L-ewwel parti hija ddedikata għall-analiżi tal-kliem ta’ Kristu, li jirriżulta addattat biex iservi ta’ ftuħ għat-tema preżenti. Dan il-kliem kien analizzat fit-tul fil-globalità tat-test evanġeliku: u wara fir-riflessjoni multiannwali ħassejna l-bżonn li nenfasizzaw it-tliet testi, li ġew sittomessi għall-analiżi appuntu fl-ewwel parti tal-katekeżi. Hemm qabel xejn it-test li fih Kristu jirreferi għall-“bidu” fid-djalogu mal-fariżej dwar l-unità u l-indissolubiltà taż-żwieġ  (cf. Mt 19, 8; Mk 10, 6-9). Waqt li nkomplu għaddejjin, hemm il-kliem ippronunzjat minn Kristu fid-Diskors tal-Muntanja dwar il-“konkupixxenza” bħala “adulterju mwettaq fil-qalb”. (cf. Mt 5, 28). Fl-aħħar, hemm il-kliem trażmess mis-sinottiċi kollha, li fih Kristu jfakkar il-qawmien mill-imwiet tal-iġsma fid-“dinja l-oħra” (cf. Mt 22, 30; Mk 12, 25; Lq 20, 35).

It-tieni parti  tal-katekeżi kienet iddedikata għall-analiżi tas-sagrament a bażi tal-Ittra lill-Efesin (Ef 5, 22-33) li terġà tmur lura għall-bibbliku “bidu” taż-żwieġ espress fil-kliem tal-ktieb tal-Ġenesi: “. . . ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed” (Ġen 2, 24).

Il-katekeżi tal-ewwel u tat-tieni parti jinqdew ripetutament bit-terminu tejoloġija tal-ġisem. Dan, f’ċertu sens, huwa terminu ta’ “xogħol”. L-introduzzjoni tat-terminu u tal-kunċett ta’ “tejoloġija tal-ġisem” kienet meħtieġa biex tissejjes it-tema: “Ir-redenzjoni tal-ġisem u s-sagramentalità taż-żwieġ” fuq bażi iktar wiesà. Infatti hemm bżonn nosservaw minnufih li t-terminu “tejoloġija tal-ġisem” jeċċedi b’mod wiesà l-kontenut tar-riflessjonijiet magħmula. Dawn ir-riflessjonijiet ma jinkludux problemi multipli li, fir-rigward tal-oġġett tagħhom, jappartjenu għat-tejoloġija tal-ġisem (bħal per eżempju l-problema tat-tbatija u tal-mewt, hekk rilevanti fil-messaġġ bibbliku). Jeħtieġ ngħiduh b’mod ċar. Xejn inqas, hemm bżonn ukoll li nagħrfu b’mod espliċitu li r-riflessjonijiet dwar it-tema: “Ir-redenzjoni tal-ġisem u s-sagramentalità taż-żwieġ” jistgħu jkunu mwettqa b’mod korrett, billi nitilqu mill-waqt li fih id-dawl tar-rivelazzjoni jmiss ir-realtà tal-ġisem uman (jiġifieri fuq il-bażi tat-“tejoloġija tal-ġisem”). Dan huwa kkonfermat, fost l-oħrajn, mill-kliem tal-ktieb tal-Ġenesi: “It-tnejn isiru ġisem wieħed”, kliem li oriġinarjament u tematikament jinsabu fil-bażi tal-argument tagħna.

2. Ir-riflessjonijiet dwar is-sagrament taż-żwieġ kienu mmexxija fil-konsiderazzjoni taż-żewġ dimensjonijiet essenzjali għal dan is-sagrament  (bħal għal kull ieħor), jiġifieri d-dimensjoni tal-allejanza u tal-grazzja u d-dimensjoni tas-sinjal.

Permezz ta’ dawn iż-żewġ dimensjonijiet morna kontinwament lura għar-riflessjonijiet dwar it-tejoloġija tal-ġisem, marbutin mal-kliem-muftieħ ta’ Kristu. Għal dawn ir-riflessjonijiet morna wkoll lura billi imbarkajna, għall-iskop ta’ dan iċ-ċiklu kollu ta’ katekeżi, l-analiżi tal-enċiklika Humanae Vitae.

Id-duttrina miġbura f’dan id-dokument tat-tagħlim kontemporanju tal-Knisja jibqà f’rapport organiku kemm mas-sagramentalità taż-żwieġ kif ukoll mal-problematika bibblika tat-tejoloġija tal-ġisem, iċcentrata fuq il-“kliem-muftieħ” ta’ Kristu. F’ċertu sens wieħed jistà saħansitra jgħid li r-riflessjonijiet kollha li jitkellmu dwar ir-“redenzjoni tal-ġisem u tas-sagramentalità taż-żwieġ”, donnhom jikkostitwixxu kumment wiesà għad-duttrina miġbura appuntu fl-enċiklika Humanae Vitae.

Tali kumment donnu meħtieġ ħafna. Infatti, l-enċiklika fl-għoti tat-tweġiba  għal xi mistoqsijiet tallum fil-qasam tal-morali konjugali u familjari, simultanjament qanqlu wkoll mistoqsijiet oħra, bħalma nafu, ta’ natura bijo-medika. Imma wkoll (u qabel kollox) dawn huma ta’ natura tejoloġika; jappartjenu għal dak il-qasam tal-antropoloġija u tejoloġija, li sejjaħna “tejoloġija tal-ġisem”.

Ir-riflessjonijiet magħmula jikkonsistu fl-iffaċċjar tal-mistoqsijiet imqanqla f’relazzjoni mal-enċiklika  Humanae Vitae. Ir-rejazzjoni li qanqlet l-enċiklika, tikkonferma l-importanza u d-diffikultà ta’ dawn il-mistoqsijiet. Dawn huma wkoll imtennija minn espressjonijiet ulterjuri ta’ Pawlu VI, fejn huwa jinnota l-possibiltà li japprofondixxi l-espożizzjoni tal-verità kristjana f’dan is-settur.

Barra minn hekk dan ikkonfermatu l-eżortazzjoni Familiaris Consortio, frott tas-Sinodu tal-isqfijiet tal-1980: “De muneribus familiae christianae”. Id-dokument fih appell, indirizzat b’mod partikolari lit-tejoloġi, biex jiżviluppa b’mod iktar sħiħ l-aspetti bibbliċi u personalistiċi tad-duttrina miġbura fl-Humanae Vitae.

Li tiġbor il-mistoqsijiet imqanqla mill-enċiklika ifisser li tifformulahom u fl-istess ħim tfittex it-tweġiba. Id-duttrina miġbura fil-Familiaris Consortio titlob li kemm il-formulazzjoni tal-mistoqsijiet kif ukoll ir-riċerka ta’ tweġiba adegwata jikkonċentraw fuq l-aspetti bibbliċi u personalistiċi. Tali duttrina tindika wkoll l-indirizz ta’ żvilupp tat-tejoloġija tal-ġisem, id-direzzjoni tal-iżvilupp u allura wkoll id-direzzjoni tat-tkomplija u tal-approfondiment progressiv tiegħu.

3. L-analiż tal-aspetti bibbliċi titkellem dwar il-mod ta’ kif tistabilixxi id-duttrina pproklamata mill-Knisja kontemporanja fir-rivelazzjoni. Dan huwa mportanti għall-iżvilupp tat-tejoloġija. L-iżvilupp, jiġifieri l-progress fit-tejoloġija, infatti jattwa ruħu permezz ta’ bidu kontinwu mill-ġdid tal-istudju tad-depożitu rivelat.

L-istabilizzazzjoni tad-duttrina  pproklamata tal-Knisja fit-tradizzjoni kollha u fl-istess rivelazzjoni divina hija dejjem miftuħa għall-mistoqsijiet magħmula mill-bniedem u tinqeda wkoll bl-istrumenti l-iktar konformi max-xjenza moderna u mal-kultura tallum. Donnu li f’dan is-settur l-iżvilupp intens tal-antropoloġija filosofika (b’mod partikolari tal-antropoloġija li hemm fil-bażi etika) jiltaqà mill-qrib ħafna mal-mistoqsijiet imqanqla mill-enċiklika  Humanae Vitae fir-rigward tat-tejoloġija u b’mod speċjali tal-etika tejoloġika.

L-analiżi tal-aspetti personalistiċi tad-duttrina miġbura f’dan id-dokument għandha sinifikat eżistenzjali biex jistabilixxi fiex jikkonsisti l-veru progress, jiġifieri l-iżvilupp tal-bniedem. Infatti teżisti fiċ-ċiviltà kontemporanja kollha – speċjalment fiċ-ċiviltà tal-punent – tendenza moħbija u fl-istess ħin ċara biżżejjed li tkejjel dan il-progress bil-kejl tal-“ħwejjeġ”, jiġifieri tal-affarijiet materjali.

L-analiżi tal-aspetti personalistiċi tad-duttrina tal-Knisja, miġbura fl-enċiklika ta’ Pawlu VI, tikxef appell riżolut biex jitkejjel il-progress tal-bniedem bil-kejl tal-“persuna”, jiġifieri b’dak li hu ġid tal-bniedem bħala bniedem, li jikkorrispondi mad-dinjità essenzjali tiegħu. L-analiżi tal-aspetti personalistiċi twassal għall-konjvinzjoni li l-enċiklika tippreżenta bħala problema fundamentali l-punt di vista tal-iżvilupp awtemtiku tal-bniedem; tali żvilupp infatti, jitkejjel, b’mod ġenerali, bil-kejl tal-etika u mhux biss tat-“teknika”.

4. Il-katekeżi ddedikati lill-enċiklika Humanae Vitae jikkostitwixxu biss parti, il-parti finali, ta’   dawk li ttrattaw ir-redenzjoni tal-ġisem u s-sagramentalità taż-żwieġ.

Jekk niġbed l-attenzjoni b’mod partikolari propju għal dawn l-aħħar katekeżi, dan nagħmlu mhux biss għaliex it-tema li huma ttrattaw hija iktar strettament magħquda mal-kontemporanjetà tagħna, imma qabel kollox minħabba l-fatt li minnha jiġu l-mistoqsijiet, li juru, f’ċertu sens, l-għaqda tar-riflessjonijiet kollha tagħna. Joħroġ li din il-parti finali mhix miżjuda b’mod artifiċjali mal-bqija, imma hija marbuta magħha b’mod organiku u omoġenju. F’ċertu sens, dik il-parti li fid-dispożizzjoni komplessiva hija mqiegħda fl-aħħar, tinsab fl-istess ħin fil-bidu ta’ din it-totalità. Dan huwa mportanti mill-punt di vista tal-istruttura u tal-metodu.

Ukoll il-waqt storiku donnu għandu s-sinifikat tiegħu: infatti l-katekeżi preżenti inbdew fil-perijodu tal-preparazzjonijiet għas-Sinodu tal-Isqfijiet tal-1980 dwar it-tema taż-żwieġ u tal-familja (“De muneribus familiae christianae”), u ntemmu wara l-pubblikazzjoni tal-eżortazzjoni Familiaris Consortio, li hija frott tax-xogħlijiet ta’ dan is-Sinodu. Kulħadd jaf li s-Sinodu tal-1980 għamel referenza wkoll għall-enċiklika Humanae Vitae u kkonferma totalment id-duttrina.

Bdanakollu l-waqt l-iktar importanti donnu dak essenzjali, li, fit-totalità tar-riflessjonijiet magħmula, wieħed jistà jippreċiża bil-mod segwenti: biex naffaċċjaw il-mistoqsijiet li tqanqal l-enċiklika Humanae Vitae, speċjalment fit-tejoloġija, biex  nagħmlu tali mistoqsijiet u nfittxu t-tweġiba, hemm bżonn li nsibu dak il-qasam bibbliku tejoloġiku, li għalih nirreferu meta nitkellmu dwar “redenzjoni tal-ġisem u dwar sagramentalità taż-żwieġ”. F;dan il-qasam jinsabu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet perpetwi tal-koxjenza ta’ rġiel u nisa, u wkoll għall-mistoqsijiet diffiċli tad-dinja kontemporanja tagħna fir-rigward taż-żwieġ u tal-prokrejazzjoni.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb