128. Rispett lejn Xogħol Alla

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali –  21/11/1984.

1. Fuq l-isfond tad-duttrina miġbura fl-enċiklika  Humanae Vitae  feħsiebna nimmarkaw abbozz tal-ispiritwalità konjugali. Fil-ħajja spiritwali tal-miżżewġin joperaw ukoll id-doni tal-Ispirtu Santu u, b’mod partikolari, id- “donum pietatis”, jiġifieri d-don tar-rispett lejn dak li huwa opra ta’ Alla.

2. Dan id-don, flimkien mal-imħabba u l-kastità, jgħin biex jidentifika, fit-totalità tal-konvivenza konjugali, dak l-att li fih, almenu b’mod potenzjali, is-sinifikat sponsali tal-ġisem jingħaqad mas-sinifikat prokrejattiv. Dan jorjenta biex jifhem, fost il-“manifestazzjonijiet ta’ affett” possibbli, is-sinifikat singulari, anzi, eċċezzjonali ta’ dak l-att: id-dinjità tiegħu u r-responsabiltà gravi konsegwenti marbuta miegħu. Għalhekk, l-antiteżi tal-ispiritwalità konjugali hija kostitwita, sa ċertu punt, min-nuqqas soġġettiv ta’ tali fehim, marbut mal-prattika u mal-mentalità antikonċezzjonali. Fuq kollox, dan huwa dannu enormi mill-punt di vista tal-kultura nterna tal-bniedem. Il-virtù tal-kastità konjugali, u ferm iktar id-don tar-rispett lejn dak li jiġi minn Alla, jimmudellaw l-ispiritwalità tal-miżżewġin bl-iskop li tipproteġi d-dinjità partikolari ta’ dan l-att, ta’ din il-“manifestazzjoni ta’ affett”, li fiha l-verità tal-“lingwaġg tal-ġisem” tistà tkun espressa biss billi tipproteġi l-potenzjalità prokrejattiva .

Il-paternità u maternità responsabbli jfissru l-valutazzjoni spiritwali – konformi mal-verità – tal-att konjugali fil-koxjenza u r-rieda taż-żewġ miżżewġin, li f’din il-“manifestazzjoni ta’ affett”, wara li jkunu kkunsidraw iċ-ċirkustanzi nterni u esterni, b’mod partikulari dawk bijoloġiċi, jesprimu d-disponibiltà matura tagħhom għall-paternità u l-maternità.

3. Ir-rispett lejn l-opra ta’ Alla jikkontribwixxi biex jassikura li l-att konjugali ma jiġix imċekken u mċaħħad minn interjorità fit-totalità tal-konvivenza konjugali – li ma jsirx “drawwa” –  u li fih tkun espressa milja ta’ kontenuti personali u etiċi, u wkoll ta’ kontenuti reliġjużi, jiġifieri l-qima lill-majjestà tal-Ħallieq, għassies uniku u aħħari tas-sors tal-ħajja, u għall-imħabba sponsali tal-Feddej. Dan kollu joħloq u jwessà, biex ngħid hekk, l-ispazju ntern tal-libertà reċiproka tad-don, li fih jimmanifesta ruħu pjenament is-sinifikat sponsali tal-maskulinità u l-femminilità.

L-ostaklu ta’ din il-libertà huwa offrut mill- isfurzar intern tal-konkupixxenza diretta lejn il-“jien” l-ieħor bħala oġġett ta’ pjaċir. Ir-rispett lejn dak li ħalaq Alla jeħles minn dan l-isfurzar, jeħles minn dak kollu li jirriduċi l-“jien” l-ieħor għal sempliċi oġġett: isaħħaħ l-libertà nterna tad-don.

4. Dan jistà jirrejalizza ruħu biss permezz ta’ fehim profond tad-dinjità personali, kemm mill-“jien” femminili  kif ukoll dak maskili, fil-konvivenza reċiproka. Tali fehim spiritwali huwa l-frott fundamentali tad-don tal-Ispirtu li jimbotta l-persuna biex tirrispetta l-opra ta’ Alla. Minn tali fehim, u allura b’mod indirett minn dak id-don joħorġu l-veru sinifikat sponsali u l-“manifestazzjonijiet affettivi kollha, li jikkostitwixxu  l-istorja tat-tul ta’ żmien tal-għaqda konjugali. Din l-għaqda tesprimi ruħha permezz tal-att konjugali biss f’ċirkustanzu speċifiċi, imma tistà u għandha timmanifesta ruħha kontinwament, kuljum, permeżz tad-diversi “manifestazzjonijiet affettivi”, liema jiġu speċifikati mill-ħila ta’ emozzjoni “diżinteressata” tal-“jien” f’relazzjoni mal-femminilità u – reċiprokament – f’relazzjoni mal-maskulinità.

L-atteġġjament ta’  rispett lejn l-opra ta’ Alla, li l-Ispirtu jqanqal fil-miżżewġin, għandha sinifikat enormi għal dawk tal-“manifestazzjonijiet affettivi”, ġaladarba id f’id miegħu tmur il-ħila tal-pjaċir profond, tal-ammirazzjoni, tal-attenzjoni diżinteressata għas-sbuħiija viżibbli tal-femminilità u l-maskulinità, u fl-aħhar apprezzament profond tad-don diżinteressat tal-“ieħor”. 

5. Dan kollu jiddeċiedi dwar l-identifikazzjoni spiritwali ta’ dak li huwa maskili jew femminili, ta’ dak li huwa “korporju” u fl-istess ħin spiritwali. Minn din l-identifikazzjoni spiritwali toħrog il-konsapevolezza tal-għaqda “permezz tal-ġisem”, fil-protezzjoni tal-libertà nterna tad-don. Permezz tal-“manifestazzjonijiet affettivi” l-miżżewġin jgħinu b’mod reċiproku lil xulxin biex jippersistu fl-għaqda, u fl-istess ħin dawn il-“manifestazzjonijiet” jipproteġu f’kull wieħed dik il-“paċi tal-profond” li hija, f’ċertu sens, dak l-interess intern tal-kastità mmexxi mid-don tar-rispett lejn dak maħluq minn Alla.

Dan id-don jinvolvi attenzjoni lejn il-persuna profonda u universali fil-maskulinità u l-femminilità, waqt li joħloq hekk il-klima nterna addattata għall-komunjoni personali. F’tali klima ta’ komunjoni personali tal-miżżewġin  timmatura  b’mod  korrett dik il-prokrejazzjoni, li nikkwalifikaw bħala”responsabbli”.

6. L-enċiklika Humanae Vitae tippermettilna li nħażżu abbozz tal-ispiritwalità konjugali. Din hija l-klima umana u soprannaturali li fiha – waqt li nqisu l-ordni “bijoloġika” u, fl-istess ħin, a bażi tal-kastità sostnuta mid-“donum pietatis” – tieħu forma l-armonija nterna taż-żwieġ, f’relazzjoni ta’ dak li l-enċiklika ssejjaħ “sinifikat doppju tal-att konjugali” (Pawlu VI,Humanae Vitae, 12). Din l-armonija tfisser li l-miżżewġin jgħixu flimkien fil-verità nterna tal-“lingwaġġ tal-ġisem”.  L-enċilika Humanae Vitae tipproklama nseparabbli l-konnessjoni bejn din il-“verità” u l-imħabba.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb