7. Marija u l-valur tal-mara


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali –  29/11/1995.

1. Id-duttrina marjana, żviluppata bil-kbir fis-sekolu tagħna taħt l-aspett tejoloġiku u spiritwali, reċentement kisbet importanza ġdida taħt l-aspett soċjoloġiku u pastorali, ukoll minħabba l-fehim aħjar tar-rwol tal-mara fil-komunità nisranija u fis-soċjetà, bħal ma joħroġ minn mhux ftit,  interventi sinifikattivi tal-Maġisteru.

Huma magħrufin il-kliem tal-messaġġ li, fil-konklużjoni tal-Konċilju Vatikan II, fit-8 ta’ Diċembru 1965, is-Santi Padri ndirizzaw lin-nisa tad-dinja kollha: «Tasal is-diegħa, is-siegħa waslet, li fiha l-vokazzjoni tal-mara tiżvolġi bis-sħiħ. Is-siegħa li fiha l-mara takkwista fis-soċjetà influwenza, radjazzjoni, poter li s’issa qatt ma kien  irreġistrat».1

Tennejt tali stqarrija, ftit snin biss wara, fl-Enċilika Mulieris dignitatem: «Id-dinjità tal-mara u l-vokazzjoni tagħha – oġġett kostanti tar-riflessjoni umana u kristjana – kisbu importanza kollha kemm hi partikolari fis-snin l-iktar riċenti».2

 Ir-rwol u d-dinjità tal-mara ġew miksuba b’mod partikolari, f’dan is-sekolu, mill-moviment femminista, li fehem li kellu jirrejaġixxi, kultant b’forma  vibranti, kontra dak kollu li, fl-imgħoddi u fil-preżent, fixkel il-valoriżazzjoni u l-iżvilupp sħiħ tal-personalità femminili,  flimkien mas-sehem tagħha fil-bosta manifestazzjonijiet tal-ħajja soċjali u politika.

Dawn huma eżempji, fil-parti l-kbira tagħhom leġittimi, li kkontribwew għal viżjoni iktar ekwilibrata ta-kwestjoni femminili fid-dinja kontemporanja. Lejn tali eżempji l-Knisja, speċjalment f’epoka riċenti, wriet attenzjoni singolari, imħeġġa wkoll mill-fatt li l-figura ta’ Marija, jekk moqrija fid-dawl tal ġrajja evanġelika tagħha, tikkostitwixxi tweġiba valida għax-xewqa tal-emanċipazzjoni tal-mara. Marija hija l-unika persuna umana li  twettaq b’mod  distint il-proġett ta’ mħabba divina fir-rigward tal-umanità.

2. Tali proġett diġa juri ruħu fit-Testment il-Qadim, bir-rakkont tal-ħolqien, li jippreżenta l-ewwel koppja maħluqa xbiha ta’ Alla nnifsu: «Alla ħalaq il-bniedem xbiha u xebħ tiegħu ħolqu, maskju u femmina ħolqu » (Ġn 1,27). Il-mara, mela, mhux inqas mir-raġel, iġġib fiha x-xebħ ma’ Alla. Jgħodd ukoll għaliha, mid-dehra tagħha fuq l-art bħala riżultat tal-opra divina, l-apprezzament: «Alla ra dak kollu li kien għamel, u hekk hu, kienet ħaġa tassew tajba ħafna» (Ġn 1,31). Skont tali prospettiva, id-diversità bejn ir-raġel u l-mara ma  tinvolvix  inferjorità  ta’ din, linqas diżugwaljanza, imma tikkostitwixxi element ta’ novità li tgħanni il-pjan divin, waqt li timmanifesta ruħha bħal ħaġa «tajba ħafna».

Madankollu l-intenzjoni divina tmur ferm ‘il hemm minn dak li jirrivela l-ktieb tal-Ġenesi. F’Marija, infatti, Alla qajjem personalità femminili li tissupera bil-bosta l-kondizzjoni ordinarja tal-mara, hekk bħal ma toħroġ fil-ħolqien ta’ Eva. L-eċċellenza unika ta’ Marija fid-dinja tal-grazzja u l-perfezzjoni tagħha huma frott tal-benevolenza partikolari divina li trid tgħolli lil kulħadd, irġiel u nisa, għall-perfezzjoni morali u għall-qdusija propja tal-ulied addottivi ta’ Alla. Marija hija l-«imbierka fost in-nisa kollha»; bdanakollu, mid-dinjità sublimi tagħha fil-pjan divin, b’xi mod, tipparteċipa kull mara.

3. Id-don singolri magħmul lill-Omm il-Mulej mhux biss jixhed dak li nistgħu nsejħulu r-rispett ta’ Alla lejn il-mara imma  jixhed ukoll, il-konsiderazzjoni profonda li hemm fil-pjanijiet divini għar-rwol tagħha insostitwibbli fl-istorja tal-umanità.

In-nisa jinħtieġ li jiskopru din l-istima divina sabiex dejjem jagħrfu iktar d-dinjità elevata tagħhom. Is-sitwazzjoni storika u soċjali li qanqlet  ir-rejazzjoni tal-femminiżmu kienet ikkaratterizzata minn nuqqas ta’ apprezzament għall-valur tal-mara,  imġegħla spiss għal rwol inferjuri jew saħansitra marġinali. Dan ma ppermettilhiex li tesprimi b’mod sħiħ l-għana ta’ ntelliġenza u għerf li hemm miġbura fil-femminilità. Tul il-korsa tal-istorja, infatti,  in-nisa mhux ħaġa rari li sofrew minn konsiderazzjoni skarsa fejn tidħol ħilithom u,  xi daqqiet, saħansitra d-disprezz ta’ preġudizzji nġusti. Dan huwa stat ta’ affarijiet  li minkejja modifiki sinifkiattivi, sfortunatament għadu għaddej illum ukoll f’mhux ftit nazzjonijiet u f’mhux ftit ambjenti tad-dinja.

4. Il-figura ta’ Marija timmanifesta tali stima ta’ Alla għall-mara li ċċaħħad mis-sies tejoritiku kull forma ta’ diskriminazzjoni.

 L-opra tal-għaġeb imwettqa mill-Ħallieq f’Marija toffri lill-irġiel u lin-nisa l-possibiltà li jiskopru dimensjonijiet li qabel ma kinux innutati biżżejjed tal-kondizzjonijiet tagħhom. Waqt li jħarsu lejn Omm il-Mulej, in-nisa jistgħu jifhmu aħjar id-dinjità tagħhom u l-kobor tal-missjoni tagħhom. Imma wkoll l-irġiel, fid-dawl tal Verġni Omm, jistgħu jkollhom viżjoni iktar sħiħa u ekwilibrata tal-identità tagħhom, tal-familja u tas-soċjetà.

 Il-konsiderazzjoni attenta tal-figura ta’ Marija, hekk bħal ma tippreżentaha l-Iskrittura Mqaddsa moqrija fil-fidi tal-Knisja, hija iktar meħtieġa quddiem l-iżvalutazzjoni,  kultant ta’ xi kurrenti femministi. Il-Verġni ta’ Nażżaret kienet ippreżentatha, f’xi każi, bħala s-simbolu tal-personalità femminili magħluqa ġo orizzont domestiku ristrett u dejjaq

 Marija, bil-maqlub, tikkostitwixxi l-mudell tal-iżvilupp sħiħ tal-vokazzjoni tal-mara, billi eżerċitat, minkejja l-limiti oġġettivi imposti mill-kondizzjoni soċjali tagħha, influss immens fuq id-destin tal-umanità u fuq it-trasformazzjoni tas-soċjetà.

5. Id-duttrina marjana, barra minn dan, tistà tqiegħed fid-dawl il-modi multipli li bihom il-ħajja tal-grazzja tippromwovi s-sbuħija spiritwali tal-mara.

Quddiem l-isfruttament tal-mistħija li kultant jirrendi l-mara oġġett bla dinjità, iddestinat għas-sodisfazzjon ta’ passjonijiet  moqżieża, Marija tirrijasserixxi s-sens sublimi tas-sbuħija femminili, rigal u rifless tas-sbuħija ta’ Alla.

Huwa veru li l-perfezzjoni tal-mara, hekk bħal ma ġiet rejalizzata b’mod sħiħ f’Marija, tistà tidher mal-ewwel daqqa t’għajn każ eċċezzjonali, mingħajr possibiltà ta’ imitazzjoni, mudell wisq għoli biex ikun imitat. Fil-fatt, il-qdusija unika ta’ Dik li minn l-eewel mument irċeviet il-privileġġ tal-konċezzjoni immakulata, hija kultant meqjusa bħala sinjal ta’ distanza  insormontabbli.

 Imma, bil-maqlub, il-qdusija  eżaltata ta’ Marija, bogħod milli tostakola t-triq tal-mixja wara il-Mulej, hija ddestinata fil-pjan divin, biex tinkuraġġixxi lill-insara kollha biex jinfetħu għall-qwwa santifikatriċi tal-grazzja ta’ Alla, li għalih xejn mhu mpossibbli. F’Marija, għalhekk, ilkoll aħna msejħa għall-fiduċja assoluta fl-omnipotenza divina, li tittrasforma l-qlub, waqt li tiggwidahom lejn disponibiltà sħiħa għall-proġett tal-imħabba providenzjali tiegħu.

NOTI

1. AAS 58 (1966), p. 13.
2 Giovanni Paolo II, Lett. ap. Mulieris dignitatem, 1.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb