Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali – 12/11/1997.
1. Wara li ddeskriva r-rapporti bejn Marija u l-Knisja, il-Konċilju Vatikan II jifraħ meta josserva li l-Verġni hija meqjuma wkoll mill-insara li mhumiex parti mill-komunità kattolika: «Għal dan il-Konċilju qaddis huwa ta’ ferħ kbir u konsolazzjoni li hemm ukoll, fost l-aħwa mifrudin, minn dawk li jikkonċedu l-qima dovuta lill-Omm il-Mulej u Feddej…».1 Serjament nistgħu ngħidu li l-maternità universali ta’ Marija, ukoll jekk tagħmel jidhru iktar dolorużi l-firdiet bejn l-insara, tikkostitwixxi sinjal kbir ta’ tama għall-mixja ekumenika.
aktar