Ġwanni Pawlu dwar iż-żjara tiegħu f’Malta. (1990)


ĠWANNI PAWLU II. UDJENZA ĠENERALI

L-Erbgħa, 16 ta’ Mejju 2001

  1. Ġimgħa ilu ntemm il- pellegrinaġġ tiegħi fuq il-passi ta’ San Pawl, li ħadni fil-Greċja, fis-Sirja u f’Malta. Illum jiena kuntent li nistà nieqaf magħkom fuq din il-ġrajja, li tikkostitwixxi l-aħħar parti tal-itinerarju ġubilari mill-postijiet ewlenin tal-istorja tal-fidwa. Jiena grat lejn dawk kollha li segwewni bit-talb f’dan ir-“ritorn lejn is-sorsi” ndimentikabbli, fejn dak li jkun jikseb il-freskezza tal-esperjenza inizjali nisranija.

Inġedded is-sentimenti ta’ rikonoxxenza kordjali tal-President tar-Repubblika Ellenika, l-Eċċ. Kostas Stephanopoulos, talli stedinni biex inżur il-Greċja. Niżżi ħajr lill-President tar-Repubblika Għarbija Sirjana, L-Eċċ. Bashàr Al-Assad, u l-President ta’ Malta, l-Eċċ, Ġuido De Marco, li laqgħuni b’tant korteżija ġo Damasku u filBelt Valletta.

Kullimkien ridt nixhed lill-Knejjes Ortodossi l-imħabba u l-istima tal-Knisja Kattolika, bix-xewqa li t-tifkira tal-ħtijiet l-imgħoddija kontra l-komunjoni jiġu ppurifikati għal kollox u jħallu spazju għar-rikonċiljazzjoni u għall-fraternità. Billi, barra minn dan, ċans li nenfasizza mill-ġdid l-ftuħ sinċier li bih il-Knisja ddur lejn dawk li jemmnu fl-Islam, li flimkien magħhom tgħaqqad l-adorazzjoni lejn l-Alla uniku.

Inħoss bħala grazzja speċjali dik li stajt niltaqà, b’mod speċjali fl-isferi tal-missjoni tagħhom l-Isqfijiet kattoliċi tal-Greċja, tas-Sirja u ta’ Malta, u, flimkien magħhom, is-saċerdoti, u r-reliġjużi rġiel u r-reliġjużi nisa u numerużi fidili lajċi. Fuq il-passi ta’ Pawlu, is-suċċessur ta’ Pietru setà jsabbar u jinkuraġġixxi dawk il-komunitajiet, waqt li jħeġġiġhom għall-fedeltà u fl-istess ħin għall-ftuħ u għall-karità fraterna.

  1. Fuq l-Areopago ta’ Atenidewa mill-ġdid il-kliem celebri ta’ Pawlu maħżuż fl-Atti tal-Appostli. Dan inqara bil- Griegu bl-Ingliż, u dan kien minnu nfih suġġestiv: il-lingwa Griega, infatti, kienet l-iktar waħda mitkellma fl-isfera tal-Mediterran fil-bidu tal-ewwel millenju, bħal ma nistgħu ngħidu huwa llum l-Ingliż fuq livell globali. L-“aħbar it-tajba” ta’ Kristu, Rivelatur ta’ Alla u Salvatur tad-dinja l-bieraħ, illum u dejjem, hija ddestinata għall-irġiel u n-nisa kollha tad-dinja skont il-mandat ċar tiegħu.

F’dan il-bidu tat-tielet millenju, l-Areopagu ta’ Ateni sar f’ċertu sens l-“areopagu tad-dinja”, minn fejn il-messaġġ nisrani tal-fidwa jiġi ripropost lil dawk kollha li jfittxu lil Alla u huma “kawti” fl-ilqugħ tal-misteru inezawribbli tiegħu ta’ verità u ta’ mħabba. B’mod partikolari, permezz tal-qari tad “Dikjarazzjoni Konġunta” li, fi tmiem ta’ laqgħa fraterna, jien iffirmajt flimkien mal-Bejatitudni Tiegħu Christodoulos, Arċisqof ta’ Ateni u tal-Greċja kollha,, kien indirizzat lill-ġnus tal-kontinent Ewropew appell biex ma jinsewx l-għeruq insara.

Id-diskors ta’ Pawlu fl-‘Areopago jikkostitwixxi mudell ta’ inkulturazzjoni u bħala tali jippriserva intatta l-attwalità tiegħu. Għal dan erġajt ipproponejtu fiċ- Ċelebrazzjoni ewkaristika mal-Komunità kattolika fil-Greċja, waqt li fakkart l-eżempju meraviljuż tal-qaddisin aħwa Cirillu u Metodju, oriġinarji ta’ Salonikko. Dawn waqt li spiraw ruħhom b’fedeltà u krejattività għal dak il-mudell, ma ħasbuhiex darbtejn li jxerrdu l-Vanġelu fost il-popli slavi.

  1. Wara l-Greċja, jiena mort is-Siria, hemm fejn, fit-triq ta’ Damasku, Kristu rxoxt deher lil Sawlu ta’ Tarsu, u bidlu minn persekutur feroċi f’Appostlu nstankabbli tal-Vanġelu. Din kienet mawra lura lejn l-oriġni – bħal Abraham – tlugħ lura għas-sejħa, għall-vokazzjoni. Dan kont ħsibt meta żort il-Memorjal ta’ San Pawl. L-istorja ta’ Alla mal-bnedmin titlaq dejjem minn sejħa, li tistieden biex inħallu lilna nfusna u s-sikurezzi tagħna biex nimxu lejn art ġdida, waqt li nafdaw lil Dak li jsejjaħ. Hekk ġara lil Abraham, lil Mosè, lil Marija, lil Pietru u lill-Appostli l-oħra. Hekk ukoll seħħ għal Pawlu.

Is-Sirja hiju llum pajjiż abitat primarjament minn Musulmani, li jemmnu f’Alla wieħed u jfittxu li jkunu sottomessi għalih fuq l-eżempju ta’ Abraham li għalih huma jirreferixxu ruħhom b’mod voluntarju (cfr Nostra aetate, 3). Id- djalogu interreliġjuż mal-Islam isir dejjem iżjed importanti u meħtieġ, fil-bidu tat-tielet millenju. F’tali sens kienet tassew inkuraġġanti l-laqgħa ta’ ħbiberija irriservata għalija mill-awtoritajiet ċivili u mill-Gran Mufti, li akkumpanjani fiż-żjara storika lill-Moskeja tal- Omayyadi, fejn jinsab il-Memorjal ts’ San Ġwann Battista, meqjum sewwa wkoll mill-Musulmani.

F’Damasku l-pellegrinaġġ tiegħi ħa b’mod speċjali karattru qawwi ekumeniku, grazzi b’mod partikolari għaż-żjara li kelli l-pjaċir li nwettaq fil-Katidrali rispettivi tal-Bejatitudni Tiegħu Ignace IV, Patrijarka Grieg Ortodoss, u tal-Qdusija Tiegħu Mor Ignatius Zakka I, Patriarka Siro-Ortodoss. Fil-Katidral Grieg-Ortodoss tar-Raqda tal-Verġni Marija, imbagħad, iċcelebrajna Laqgħa Sollenni ta’ Talb. B’kommozzjoni intima hekk rajt jitwettaq wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-pellegrinaġġ ġubilari dak jiġifieri li “niltaqgħu fil-postijiet tal-oriġni komuni tagħna, biex nixhdu lil Kristu l-għaqda tagħna (cfr Ut unum sint, 23) u nikkonfermaw l-impenn reċiproku lejn ir-ristabiliment tal-komunjoni sħiħa” (Ittra dwar il-Pellegrinaġġ għall-postijiet marbuta mal-istorja tal-fidwa, 11).

  1. Fis-Sirja ma stajtx ma nindirizzax lil Alla supplika speċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani, inbuttat sfortunatament ukoll mis-stwazzjoni attwali drammatika, li kull ma tmur qiegħda ssir dejjem iktar preokkupanti. Mort, fuq l-Għoljiet tal-Golan, fil-Knisja di Quneitranofsha meqruda mill-gwerra, u hemm għollejt is-supplika tiegħi. F’ċertu sens, l-ispirtu tiegħi baqà hemm. U t-talba tiegħi tkompli u ma tiqafx qabel mal-vendetta ċċedi postha għar-rikonċiljazzjoni u l-għarfien mill-ġdid tad-drittijiet reċiproċi.

Din it-tama tissejjes fuq il-fidi. Din hija t-tama li jien afdajt liż- żgħażagħ tas-Sirja, li kelli l-pjaċir niltaqà magħhom propju fil-għaxija qabel ma ħallejt Damasku. Qiegħed inġorr f’qalbi l-ħeġġa tat-tislima tagħhom, u nitlob lil Alla tal-paċi, sabiex iż-żgħażagħ insara, Musulmani u Lhud ikunu jistgħu jikbru flimkien bħala wlied tal-Uniku Alla.

  1. L-aħħar stadju tal-pellegrinaġġ fuq il-passi ta’ Pawlu kienet il- Gżira ta’ Malta, fejn l-Appostlu qattà tliet xhur, wara in-nawfraġju tal-ġifen li kien qiegħed iwasslu priġuner f’Ruma (cfr At27,39-28,10). Għat-tieni darba, jiena wkoll doqt l-laqgħa ta’ ħbiberija tal-Maltin u kelli l-pjaċir li nipproklama Beatiżewġ ulied tal-poplu tagħhom – Dun George Preca, Fundatur tas-Soċjetà tad-Dutrina Nisranija, u, Injazju Falzon, katekista lajk – flimkien ma’ Suor Adeodata Pisani reliġjuża Benedittina.

Mill-ġdid għal darb’oħra ridt nindika it-triq tal-qdusija bħala t-triq ewlenija għal dawk li jemmnu tat-tielet millenju. Fl-oċean vast tal-istorja, il-Knisja ma tibżax mill-isfidi u mill-perikli li magħhom tiltaqà fit-tbaħħir tagħha, jekk iżżomm sod it-tmun fuq ir-rotta tal-qdusija, li lejha huwa ndirizzat il-Ġublew il-Kbir tal-Elfejn (cfr Novo millennio ineunte, 30).

Jalla jkun hekk għal kulħadd, grazzi wkoll għall-interċessjoni ta’ Marija, li lejha nirrikorru b’mod kostanti tul dan ix-xahar ta’ Mejju, ikkonsagrat lilha. Il-Verġni tgħin lil kull nisrani, kull familja u kull komunità biex jibqgħu għaddejjin bi mpuls imġedded fl-impenn tagħhom ta’ fedeltà ta’ kuljum għall-Vanġelu.

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.