24. Qaddisa tul il-ħajja kollha


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali –  19/06/1996.

1. Id-definizzjoni tad-domma tal-Immakulata Konċezzjoni tikkonsidra b’mod dirett unikament l-ewwel waqt tal-eżistenza ta’ Marija, waqt li minnu Hija kienet «ippiservatha immuni minn kull tebgħa tal-ħtija orġinali».

Il-Maġisteru pontifiċju ried hekk jiddefinixxi biss il-verità li kienet oġġett ta’ kontroversi tul is-sekoli: il-priservazzjoni mid-dnub oriġinali, mingħajr ma tfittex li tiddefinixxi l-qdusija permanenti tal-Verġni Omm tal-Mulej.

Tali verità tappartjeni diġa għall-ħass komuni tal-poplu nisrani.

 Dan jixhed infatti li Marija, eżentatha mid-dnub oriġinali, kienet ukoll ippriservatha minn kull dnub attwali u l-qdusija inizjali kienet lilha konċessa sabiex timla l-eżistenza kollha tagħha.

2. Il-Knisja kostantament għarfet lil Marija qaddisa u immuni minn kull dnub jew imperfezzjoni morali. Il-Konċilju ta’ Trentu jesprimi tali konvinzjoni waqt li jisħaq li ħadd «ma jistà jevita f’ħajtu kollha, kull dnub ukoll venjal, jekk mhux bis-saħħa ta’ privileġġ speċjali, bħal ma l-Knsja ssostni fir-rigward tal-beata Verġni».1 Il-possibiltà li tidneb ma taħfirha lil ħadd linqas lin-nisrani mibdul u mġedded mill-grazzja. Din infatti ma tippriservax minn kull dnub għall-ħajja kollha, jekk mhux, kif jenfasizza l-Konċilju tridentin, bi privileġġ speċjali li jassikura tali immunità mid-dnub. Dan huwa dak li seħħ f’Marija.

Il-Konċilju tridentin ma riedx jiddefinixxi dan il-privileġġ, però huwa ddikjara lii l-Knisja tenfasizzah b’qawwa: «Tenet», jiġifieri issostnih b’qawwa. Din hija għażla li, iżżomm ferm ‘il bogħod milli twarrab tali verità fost it-twemminijiet devoti jew l-opinjonijiet devozzjonali,  linqas ma tikonferma il-karattru ta’ duttrina solida, preżenti sewwa fil-fidi tal-Poplu ta’ Alla. Mill-bqija tali konvinzjoni tissejjes fuq il-grazzja attribwita lil Marija mill-anġlu, fil-waqt tal-Annunzjazzjoni. Waqt li jsejħilha «mimlija bil-grazzja»,kecharitoméne, l-anġlu jagħraf fiha l-mara iddotata b’perfezzjoni permanenti u b’milja ta’ qdusija, mingħajr dell ta’ ħtija, linqas imperfezzjoni ta’ ordni morali jew spiritwali.

3. Xi Santi Padri tal-Knisja tal-ewwel sekoli, billi kien għadhom ma kisbux il-konvinzjoni tal-qdusija perfetta tagħha, attribwew lil Marija xi mperfezzjonijiet  jew xi difetti morali. Ukoll xi awturi riċenti għamlu tagħhom tali pożizzjoni. Imma t-testi evanġeliċi kkwotati biex jiġġustifikaw dawn l-opinjonijiet ma jippermettu fl-ebda każ l-tissejjes l-attribuzzjoni ta’ dnub, jew ukoll biss ta mperfezzjoni morali, lill-Omm tal-Feddej.

It-tweġiba ta’ Ġesù, fl-età ta’ 12-il sena:: «Għalfejn fittixtuni? Ma kontux tafu li jien irrid nieħu ħsieb il-ħwejjeġ ta’ Missieri?» (Lq 2,49) kienet xi kultant, interpretatha bħal ċanfira mċajpra. Qari attent tal-episodju iżda jġegħlna nifhmu li Ġesù ma ċanfarx lil ommu u liil Ġużeppi talli fittxewh, la darba huma kellhom r-responsabiltà li jieħdu ħsiebu.

Waqt li ltaqgħet ma’ Ġesù wara tfittxiha mnikkta, Marija tillimita ruħha tistaqsih biss il-«għaliex» ta’ mġiebtu: «Ibni, għaliex għamiltilna hekk?» (Lq 2,48). U Ġesù jwieġeb b’«għaliex» ieħor, waqt li jżomm lura minn kull ċanfir u waqt li jirreferi għall-misteru tal-filjazzjoni propja tiegħu.

Linqas il-kliem ippronunzjat f’Kana: «X’għandi x’naqsam miegħek, o mara? Għadha ma waslitx is-siegħa tiegħi» (Ġw 2,4),ma jistgħu jkunu nterpretati bħala ċanfira. Quddiem it-tifxil probabbli li kien iqanqal fl-għarajjes in-nuqqas tal-imbid, Marija ddur fuq Ġesù b’sempliċità waqt li tafda miegħu l-problema. Ġesù, minkejja li kien jaf li hu l-Messija mistenni li jobdi biss ir-rieda tal-Missier, jaċċetta t-talba tal-Omm. Speċjalment, iwieġeb għall-Fidi tal-Verġni u b’dan il-mod jagħti bidu għall-mirakli, waqt li jimmanifesta l-glorja tiegħu.

4. Uħud imbagħad interpretaw f’sens negattiv id-dikjarazzjoni magħmula minn Ġesù, meta, fil-bidu tal-ħajja pubblka, Marija u l-qraba talbu biex jarawh. Waqt li jirreferi għat-tweġiba ta’ Ġesù lil min kien qallu: «Ommok u ħutek jinsabu barra u jixtiequ jarawk», l-evanġelista Luqa joffrilna l-muftieħ ta’ qari tar-rakkont, li jiġi mifhum billi jibda mid-dispożizzjonijiet intimi ta’ Marija, ferm differenti minn dawk tal- «aħwa» (cf. Gv 7,5).

Ġesù wieġeb: «Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jwettqugħa» (Lq 8,21). Fir-rakkont tal-Annunzjazzjoni, infatti, Luqa wera kif Marija kienet il-mudell tas-smigħ tal-Kelma ta’ Alla u tal-ħlewwa ġeneruża. Interpretat skont tali prospettiva, l-episodju jipproponi eloġju kbir ta’ Marja, li wettqet b’mod perfett f’ħajjitha il-pjan divin. Il-kliem ta’ Ġesù, waqt li jopponu għat-tentattiv tal-aħwa, jgħollu l-fedeltà ta’ Marija għar-rieda ta’ Alla u l-kobor tal-maternità tagħha, minnha migħuxa mhux biss fiżikament imma wkoll spiritwalment.

Fin-nisġa ta’ dan it-tifħir indirett, Ġesù juża metodu partikolari: jemfasizza n-nobiltà tal-imġieba ta’ Marija, fid-dawl ta’ stqarrija ta’  sinifikat iktar ġenerali, u juri aħjar is-solidarjetà u l-viċnanza tal-Verġni għall-umanità fil-mixja diffiċli tal-qdusija.

Fl-aħħarnett, il-kliem: «Beati pjuttost dawk li jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jwettqugħa!» (Lq 11,28), ippronunzjati minn Ġesù biex iwieġeb lill-mara li ddikjarat beata lil Ommu,  bogħod milli jpoġġi fid-dubju l-perfezzjoni ta’ Marija, jenfasizza t-twettiq fidil tagħha tal-Kelma ta’ Alla: hekk fehmitha l-Knisja, waqt li daħħlet tali espressjoni fiċ-ċelebrazzjonijiet litrġiċi ad unur ta’ Marija.

It-test evanġeliku, infatti, jissuġġerixxi li b’din id-dikjarazzjoni Ġesù ried jirrivela l-għaqda intima propja tiegħu ma’ Alla, u fl-għaqda perfetta mal-Kelma divina, il-mottiv l-iktar għoli tal-bejatitudni ta’ Ommu.

5. Il-privileġġ speċjali mogħti minn Alla lill- «kollha qaddisa», iwassalna biex nammiraw l-għeġubijiet imwettqa mill-grazzja f’ħajjitha.

Ifakkarna barra minn hekk li Marija kienet dejjem u kollha tal-Mulej, u li ebda mperfezzjoni ma qatt xaqqet l-armonija perfetta Bejnha u bejn Alla.

Il-ġrajja terrena tagħha, għalhekk, hija kkaraterizzatha mill-iżvilupp kostanti u sublimi tal-fidi, tat-tama u tal-karità. Minħabba dan, Marija hija għal dawk li jemmnu is-sinjal imdawwal tal-Ħniena divina u l-gwida sikura lejn il-qċaċet għoljin tal-perfezzjoni evanġelika u tal-qdusija.

NOTI

1 Denz.-Schön., 1573.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb