“Bonġu Marija” – ktieb ġdid b’tagħlim dwar il-festi Marjani


Il-Fondazzjoni Kenn u Tama qed tagħtina ktieb ġdid b’tagħlim sabiħ, din id-darba ħsibijiet u ġrajjiet għall-festi Marjani miġbura minn Mons. Carmelo Mercieca. Bonġu Marija, pubblikazzjoni illustrata b’ritratti bil-kulur, hu tislima lill-Verġni Marija mill-fomm ta’ ’l fuq minn mitt awtur.

“Bonġu Marija” – ktieb ġdid b’tagħlim dwar il-festi Marjani

Waqt li fl-ewwel taqsima tal-ktieb insibu x’qalu diversi awturi fuq kull waħda minn għoxrin festa ewlenija tal-Verġni Marija, fit-tieni nsibu x’qalu fuq il-Madonna nies kbar, kif ukoll riflessjonijiet oħra fuq id-devozzjoni lejn il-Madonna Ta’ Pinu u kitbiet tal-Papiet fuq ir-Rużarju. Jinkludi wkoll ġabra ta’ eżempji Marjani riċenti.

Il-ktieb jista’ jinkiseb bil-posta billi wieħed jibgħat ċekk jew money order ta’ €11.85 lill-Fondazzjoni Kenn u Tama, ‘Lorjean’, A., Triq Tonin Mallia Vernon, ix-Xewkija.