Fil-11 t’Ottubru tal-1992, il-Papa Ġwanni Pawlu II ippreżenta lill-fidili tad-dinja kollha l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolikabħala“ktieb ta’ riferenza għall-katekeżi mġedda mill-għejjun ħajja tal-fidi”.
Biex il-Katekiżmu jingħata dejjem aktar il-piż li jistħoqqlu u biex tintlaħaq it-talba li ħarġet mill-Kungress Kateketiku Internazzjonali ta’Ottubru 2002, fl-2003 Ġwanni Pawlu II waqqaf Kummissjoni speċjali preseduta mill-Kard. Joseph Ratzinger, Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, bil-għan li tfassal Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, li jkun fih ġabra aktar fil-qosor ta’ l-istess varitajiet tal-fidi.