Fra Diegu Bonanno – ħabib tal-foqra u l-batuti

Fra Diegu Bonanno li ismu propja kien Ġakkinu, twieled il-Belt Valletta fil-21 ta’ Marzu 1831 f’familja fqira. Huwa tgħammed fil-parroċċa ta’ Portu Salvu u San Duminku fl-istess Belt Valletta. Kienu jsejjħulu Ġuliermu li kien it-tielet isem tiegħu tal-magħmudija.

Ġuliermu kien devot kbir tal-Madonna tal-Karmnu, u ta’ San Franġisk ta’ Assisi, u fis-sena 1852 sar Terzjarju Franġsikan fil- knisja Ta’ Ġieżu tal-Belt Valletta. Kien lavrant ma’ ħajjat fil- Belt imma fl- 1856 ħass il- vokazzjoni li jidħol bħalha reliġjuż Franġiskan fil -knisja Ta’ Ġieżu. Semmewħ Fra Diegu għall- qaddis reliġjuż Franġsikan Spanjol Diegu ta’ Alcala’, u fis- sena 1858 ipprofessa mal – Franġsikani Minuri.

Intbagħat mis- superjuri għall- ġbir ta’ flus, fejn tħallat mal- poplu. Biż- żmien beda jittallab biex jiġbor flus għat- tfajliet foqra. Ħadem bla waqfien biex jieħu ħsieb tfajliet li kienu qabdu triq ħażina. Irnexxielu jikseb djar f’Bormla, Raħal Ġdid u Ħal Balzan għal – dawn l- imsejkna. Fl-aħħar kera dar f’Birkirkara u fil- Hamrun. Għenuh bosta, oħtu Ġiovanna u żewġha Pawlu Marmara li saru wkoll Terzjarji Franġiskani.

Ġabar it- tfal foqra u ltiema minn Malta kollha, u biż- żmien id- djar ma’ kienux jesawhom kollha. Il – Markiz Ġużeppi Scicluna b’ġenerozita kbira ddeċieda jibnielhom Istitut kbir u sabiħ ġewwa l – Hamrun, biex ikunu jistgħu jgħixu fih. Ix- xogħol tal- bini ta’ dan l- istitut inbeda fl- 1899 fuq pjanta tal- Perit Lupi u wasal fit- tmiem fl- 1905, wara l- mewt ta’ Fra Diegu. L-istitut ingħata l- isem ta’ San Franġisk t’Assisi iżda huwa magħruf aħjar bħalha l-Istitut ta’ Fra Diegu.

Fra Diegu sab nisa twajba biex jieħdu ħsieb it- tfajliet tal- Istitut. Dejjem sab l – appoġġ ta’ sħabu il- Patrijiet fil – Kunvent kif ukoll mis- sorijiet Franġiskani. Wara mewtu, l- Isqof ħa f’idejh l – Istitut, u l- Filantropu Alfons Maria Galea, ta ukoll, l – għajnuna tiegħu. Illum dan l- istitut huwa mmexxi mis- sorijiet Franġiskani tal- Qalb ta’ Ġesu.

Il – Fra kien bniedem ħabrieki kif ukoll umli u ubidjenti. Kien sieket u jħobb it – talb. Kien iħobb hafna lil Alla, u lill- bniedem. Ġibed it- tifħir mis –superjuri tiegħu u mill – Ministru Ġenerali tal – Ordni u saħansitra mill –  Papa Ljun XIII. Kienu jistmawh ukoll l-awtoritajiet ċivili, fosthom il –  Gvernaturi Freemantle u Grenfell. Nafu mill- istorja li kien irrispetat ukoll mid- Duka ta’ Edinbrugh u mill- Prinċep ta’ Wales, li aktar tard sar ir- Re Ġorġ V tal- Ingliterra.

Huwa miet fl- 14 ta’ Mejjju 1902. Il- mewt ta’ Fra Diegu inħasset ħafna u tqieset telfa nazzjonali. Il- Funeral tiegħu sar fit- toroq prinċipali tal-  Belt u illum jinsab midfun fil – kannierja tal – knisja ta’ Santa Marija ta’ Gesu fir- Rabat Malta.

Fra Diegu għex il- ħajja evangelika bil fedelta kollha iġifieri li għex is – sejha tiegħu Franġsikana fuq l- ezempju ta’ Kristu li kien umli u fqir. San Franġisk stess talab lill- aħwa biex jikkuntentaw b’dak li għandhom. Mill- istorja nafu li Fra Diegu wettaq dan l- idejal b’mod prattiku u bħalha reliġjuż Franġiskan kien imur iħabbat bieb bieb, biex jiġbor xi ħaġa tal- flus f’diversi postijiet f’Malta. Dan waslu biex jsir jaf bil faqar u l- miżerja soċjali ta’ dawk iż- żminijiet. Quddiem din l –esperjenza Fra Diegu għaraf li kemm il- miżerja u l- inġustizzja jistghu jwaqqgħu l – bniedem fid dnub.

Biex ħidmietu ma tintesa qatt il- Maltin waqqfu monument tiegħu fil- misrah ewlieni tal – Hamrun. Nhar il – Ħadd 16 ta’ Ottubru 1932, flimkien mal – ogħla awtoritajiet Ekklesjastiċi, inkixef il- monument xogħol ta’ Ċensu Apap. Il – monument hu magħmul min statwa kbira tal- Bronz ta’ Fra Diegu, fuq Pedestal ċilindriku. Fuq dan il –pedestal tnaqqxu erba kwalitajiet sbieh li kellu f’ ħajjtu Fra Diegu –  Pietas (tjubija), Obedientia (ubidjenza), Humilitas (umilita) u Chastitas (kastita’). Madwar il- pedestal inkitbu dawn il kliem bil latin: Christi Urget Nos Caritas – li jfissru li Kristu qalilna li għandna nagħmlu għemejjel tal- Karita’ mal- oħrajn.

Tajjeb li ngħidu li din il- Pjazza għoxrin sena wara, ssemiet Fra Diegu fis- sena 1952, u f‘egħluq il- mitt sena minn mewtu saret kommemorazzjoni, nhar it – tlieta 14 ta’ Mejju 2002, fejn kemm il – Patrijiet u s- Soriiet Franġiskani flimkien mal – Kunsill lokali u l-għaqdiet Hamruniżi nġabru b’ ispirtu Franġiskan biex jfakkru dan ħuhom Fra Diegu għal mod perfett li ħaddan il – valuri insara qalb is soċjeta Maltija.

Insibu bosta reliġjużi qaddissin li għalkhemm mhumiex kannonizati għamlu ħafna ġid fill- ħajja karitativa u eżemplari tagħhom.

J ‘ Alla dan ir- reliġjuz iħajjar il- poplu tagħna biex igħix il – valuri insara li bihom rnexxielu jwettaq bosta ġid.

Minn Patri Hermann Duncan O.Carm

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading