Mhix il-Knisja ta’ Ruma

Print Friendly, PDF & Email

Niltaqgħu ma aħbarijiet li jistgħu jfixkluna. Għalhekk għandna naħtfu kull okkażjoni biex nitgħallmu dwar il-Knisja li nemmnu fiha u mingħand min hu leali lejn it-tagħlim tagħha.

Hawn aħbar li l-‘Knisja Anzjana Kattolika Svizzera’ aċċettat li jsiru fiha żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess. F’sinodu straordinarju li sar f’Zurick nhar is-Sibt 22 ta’ Awwissu, il-membri ta’ din il-Knisja vvutaw favur iċ-ċelebrazzjoni għal koppji eterosesswali u omosesswali meta digà kieu ilhom diversi snin ibierku dawn iż-żwiġijiet.

Ta’ min jgħid li din il-Knisja hi separata mill-Knisja Kattolika li l-kap tagħha huwa l-Papa. Nafu li l-Knisja Kattolika tagħraf bħala ż-żwieġ dak li hu bejn raġel u mara.

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading