Il-firxa tal-Kristjaneżmu fil-bidu (5)


Kostantinu mezz biex il-Kristjaneżmu jinfirex

Wara ħafna persekuzzjonijiet li sofrew l-insara, fl-aħħar deher xaqq ta’ dawl li kien l-editt memorabbli ta’ tolleranza ta’ Milan fis-sena 313 W.K.. Kien fl-aħħar, li dan ta lill-Knisja l-libertà fl-Imperu Ruman. Jiġifieri l-Knisja ġiet rikonuxxuta pubblikament mingħajr riservi u mqabbla mal-kulti pagani.

Dan kollu sar minħabba s-simpatija li kellu Kostantinu l-Kbir lejn il-Knisja, tant li beda jagħtiha ħafna privileġġi u drittijiet. Fost il-privileġġi li ta, kien li l-kjeriċi jiġu meħlusin mill-obbligi muniċipali, u l-Knejjes akkwistaw id-dritt li jirtu,u l-isqfijiet bdew igawdu gurisdizzjoni ċivili pubblikament  rikonoxxuta mill-istat; il-jum tal- Ħadd sar festa pubblika. Għalkemm l-insara bdew jakkwistaw ħafna affarijiet, il-pagani raw lix-xewqa ta’ l-imperatur ma kienitx ħlief li huma jonqsu fl-għadd. Meta Kostantinu nduna b’din il-ħaġa kellu joqgħod aktar attent u jimxi bil-għaqal għaliex il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tal-Imperu Ruman kienet għadha pagana. Għalhekk l-imperatur baqa’ jħaddan dawk id-drittijiet li r-reliġjon pagana kienet ittih. Kostantinu wkoll baqa’ l-“Pontifex Maximus” tar-reliġjon u żamm ukoll il-bċejjeċ tal-flus li kellhom simboli pagani li kont issibhom f’dawk iż-żminijiet. Maġemb dawn is-simboli bdew jidhru wkoll sinjali oħra tar-reliġjon nisranija bhalma huma s-salib u l-inizjali ta’ Kristu. Nafu iżda li Kostantinu tgħammed fl-aħħar ta’ ħajtu, iżda nistgħu nikkunsidrawh bħala katekumenu f’sens wiesgħa.

Il-kunjatu ta’ Kostantinu li kien Liċinju kien kuntrarju għall-idejat ta’ Kostantinu għalhekk kisirha miegħu anki għal-raġunijiet politiċi. Għalkemm Liċinju ma ċaħadx l- editt ta’ Milan, mis-sena 320 W.K. l-insara li kienu jagħmlu minnu bdew iħossu ruħhom magħfusin. Huma ġew imkeċċija mis- suldati u mill-palazz tiegħu u xi drabi wkoll ikkonfiskalhom ġidhom u ħalliehom mingħajr ebda liberta. Barra dan kollu huwa ma’ ħallix it-tagħlim reliġjuz isir minn nisa u ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ġew imfixxklin.

F’xi każijiet wasal ukoll biex ikkundanna l-insara għall- mewt tant li nsibu 40 suldat li ħadu l-martirju ġewwa Sebaste fl-Armenia. Imma s-saltna ta’ Liċinju ma’ damitx ħafna, minħabba lit-tilwim tiegħu ma Kostantinu kiber ħafna u peress li Kostantinu ra l-insrara mzebilħa; iġġilidlu u rebaħlu fis-sena 324 W.K.. Wara ftit Kostantinu kkundanna lil Liċinju għall-mewt, peress li kien qiegħed ixewwex kontrih.

Ikona ta’ Kostantinu (Imperatur)

Malli miet Liċinju, Kostantinu sar l-imperatur uniku tas- saltna ta’ Ruma għalhekk f’dan iż-żmien il-knisja ħasset ruħha aħjar. F’dan iż-żmien Kostantinu seta’ mingħajr xkiel igħin l-insara iżda mhux dejjem ġab ruħħu tajjeb magħhom. Dan ġara peress li Kostantinu ma’ kellux pedamenti soda tar-reliġjon nisranija u għalhekk hallathom ma ħafna superstizzjonijiet. Għalkemm ma’ għex il-fidi nisranija, kien jemmen lir-reliġjon ta’ Kristu hija iktar superjuri mill-oħrajn. Huwa għaraf wkoll li l-knisja setghet tkun il- qawwa tall-Imperu Ruman. Kostantinu wasal għal din l-ideja għaliex għaraf sewwa x’jiswew l-insara fiż-żmien il- persekuzzjonijiet ħorox li kienu sofrew. Fuq kollox huwa għaraf li r-reliġjon pagana ma’ kienitx kapaċi tgħaqqad iżjed flimkien bħalma għamlet fiż-żminijiet oħra dawk il-ġnus li kienu jagħmlu sehem mill-imperu ruman.

Filwaqt li l-imperaturi oħra keċċew l-insara mill-uffiċji mportanti ta’l-istat, Kostantinu ried jafda l-ogħla u l- aħjar uffiċji f’idejhom. Meta huwa nduna li ħafna kienu qed iħaddnu r-reliġjon nisranija u għalhekk il-knisja kienet qed tikber bla waqfin, ħass il-bżonn li jinbnew hafna knejjes li fihom l-insara setghu jqimu ‘l-Alla. Għalhekk bil-ħila ta’ Kostantinu bdew jinbnew bażiliċi kbar f’Ruma, Kostantinopli, Ġerusalemm u bliet oħra. F’din is-siegħa t-tempji tal-pagani ġew mitluqin u whud minnhom iġġarrfu.

L-imperatur Kostantinu bena wkoll belt li kienet essenzjalment nisranija. F’din il-belt ta’ Konstantinopli nbnew tempji sbieh bl-affarijiet ta’ deheb u fidda tat-tempji pagani. Kostantinu ġie mgħammed fis-sena 337 W.K.. Veru li dan il-bniedem jistħoqqlu ġieh kbir għaliex kien kapaċi jħoll l-imperu minn ma reliġjon li ftit kienet qiegħda tagħmillhu gieħ, u rnexxielu jdaħħal l-idejat insara f’din pagana mingħajr ma qajjem reazzjoni. Minn naħa l- oħra Kostantinu ħass li Alla kien fdalu f’idejh missjoni speċjali. Hu emmen li Alla ried minnu li jgħaqqad flimkien il-bżonnijiet tal-istat u tar-reliġjon, hu għaraf li kellu fil-knisja nisranija dik is-setgha li l-imperatur ta qablu kellhom dwar ir-reliġjon pagana. B’dan il-mod, Kostantinu mhux biss bena l-pedament ta’ stat nisrani flok dak pagan, imma wkoll ħejja l-knisja biex din tibda tinfirex kullimkien.

Minn Patri Hermnann Duncan O.Carm