Il-Papa ffirma l-Enċiklika, Fratelli tutti

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt 3 ta’ Ottubru 2020 (4.00pm):  Ftit tal-minuti ilu ntemmet il-qaddiesa li l-Papa Franġisku qaddes privatament fuq il-qabar ta’ San Franġisk f’Assisi.  Fi tmiem il-quddiesa huwa ffirma l-Enċiklika ġdida tiegħu, Fratelli tutti, isem imnebbah mill-kitbiet ta’ dan il-qaddis maħbub li kellu tant għal qalbu l-fratellanza universali tal-ħolqien kollu.

L-Enċiklika, li fiha 287 paragrafu, tagħlaq b’żewġ talbiet qosra imma profondi: Talba lill-Ħallieq u Talba Kristjana Ekumenika. 

Qabel il-firma, il-Papa għamel ġest ta’ rikonoxximent lill-impjegati fis-Segreterija tal-Istat li għenuh biex l-Enċiklika, miktuba fl-oriġinal Spanjol, tinqaleb f’diversi lingwi. Huwa rringrazzja mill-qalb lil dawk li ħadmu fuq il-preparazzjoni ta’ dan id-dokument sakemm wasal għall-pubblikazzjoni.

Rapport għal-Laikos minn Francesco Pio Attard

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading