Relazzjonijiet għal dejjem


Tista’ relazzjoni tibqa’ għal dejjem? Huwa possibbli għal koppja li jibqgħu flimkien sal-mewt?

Ftit ilu ltqajt ma’ koppja mill-parroċċa tagħna li jemmnu li dan huwa possibbli sakemm il-koppja tibqa’ impenjata biex taħdem dwarha.

F’Ottubru ta’ 2012, Joanna u Julian Sant Fournier ħolqu għodda ta’ komunikazzjoni ġdida biex jgħinu lill-koppji ħalli jinbnew f’relazzjoni qawwija. Din il-koppja ħadmu fis-settur volontarju għall-aktar minn 14-il sena. Matul ix-xogħol volontarju tagħhom huma għenu lill-ħafna koppji fi stadji differenti fir-relazzjoni tagħhom, l-ewwel meta huma kienu mimli eċċitament fil-bidu tar-relażżjoni, u mbagħad fis-snin meta kienu mimlijin kriżi u diffikultajiet. Sfortunatament xi koppji jgħaddu minn-kriżi u jinfirdu.

Wara li raw l-uġigħ li dawn il-familji u t-tfal jgħaddu minnhom meta ż-żwieġ jitkisser, huma ddeċidew li jagħmlu xi ħaġa dwar dan, huma riedu jsibu mod kif jistgħu jghinu l-koppji jibnu relażżjonijiet b’saħħithom u jgħallmuhom ċertu ħiliet, fosthom li jkunu sinċieri, jesprimu s-sentimenti tagħhom u jsolvu d-differenzi tagħhom b’mod maħbub. Matul waħda mis-seżżjonijiet, filwaqt li ħadmu ma’ koppja biex jħejju ruħhom għaż-żwieġ huma ħassewhom ispirati biex jeżaminaw l-idea li jiktbu is-sentimenti w l-emożjonijiet tagħhom fuq karta. Il-koppja ħabbew dan il-għan u ħeġġewhom biex jagħmlu iktar. Allura Joanna u Julian iddeċiedew li jiktbu l-esperjenzi / suġġerimenti kollha tagħhom, u jiżviluppaw teknika hekk msejħa “Couple Cards” biex il-koppji jistgħu jużawhom.



Sal-lum jkunu għenu aktar minn 1400 koppja u organizzaw bosta laqgħat ta ‘ħidma għall-gruppi u l-pubbliku b’mod ġenerali. Huma bdew jaqsmu l-idea internazzjonalment u l-inizjattiva hija issa disponibbli f’diversi lsna fosthom Malti, Ingliż, Olandiż, Ġermaniż, Franċiż, Portugiż, Lativjan u Ċiniż. Il-ħolma tagħhom hija li jaqsmu l-“Couple Cards” madwar id-dinja ma’ koppji oħra li jixtiequ li jkollhom relazzjonijiet sodi.

Imħeġġa mill-President tar-Repubblika ta ‘Malta Dr.George Abela ta’ dak iż-żmien, huma waqqfu fondazzjoni Volontarja hekk imsejħa “Relazzjonijiet huma għall-dejjem” biex jaqsmu l-għan. Din il-Fondazzjoni tinkoraġġixxi lin-nies ta’ rieda tajba minn kull aspett tal-ħajja, li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jgħinu l-koppji biex jinbnew relazzjonijiet b’saħħithom.

Matul l-erba’ snin, kulħadd beda jemmen fl-idea li jekk kulħadd jikkontribwixxi bit-talenti tiegħu u jiddedikaw ftit mill-ħin tagħhom għas-soċjetà huma jistgħu jagħmlu d-dinja post aħjar. Dan joħloq ħafna enerġija pożittiva fejn jħossok aħjar.

Julian & Joanna fissru li dawn l-erba ‘snin ma kienux faċli għalihom għaliex kellhom bosta sfidi, iżda dawn qatt ma qatgħu qalbhom u qatt ma’ tilfu t-tama li jemmnu li dak li qed jagħmlu huwa biex jgħamlu id-dinja differenti. Kif Madre Tereża tgħid “Aħna qatra ilma fl-oċean, iżda l-oċean mingħajr dik il-qatra mhux se jkun l-istess”.

Meta ltqajt l-ewwel darba ma’ Julian & Joanna huma qaluli li meta bdew dan il-vjaġġ huma qalu lilhom nfushom li jekk jirnexxilhom jgħinu mqar koppja waħda biss, kien ikun jiswa kollu għax kienu għenu ġenerażżjoni. Huma jemmnu li jekk ir-relażżjonijiet jitkissru jeħtieġu li jitranġaw. Meta jiena qrajt dawn il-“cards”, indunajt li l-messaġġ tagħhom hu dak ta’ imħabba, paċi u maħfra, li fir-realtà huwa l-messaġġ ta’ Sidna Ġesu Kristu u wkoll tal-Papa Franġisku.

Ix-xewqa tagħhom kienet li jaqsmu din l-inizjattiva b’mod li kull koppja f’Malta u Għawdex tirrealizza l-ħtieġa li jaħdmu dwar ir-relażżjoni tagħhom ta’kuljum. Il- “Couple Cards” jirċevuhom meta jieħdu sehem f’ workshop li matulu kull koppja jingħataw sett ta “Cards” u ssirilhom it-tifsir tagħhom. M’hemm l-ebda ħlas għall-workshop imma donażżjonijiet jiġu milqugħa biex jgħinu fl-ispejjeż biex ssir din l-inizjattiva.

Inħeġġeġ lill-awtoritajiet u l-aġenziji tal-Knisja u kemm tal-Gvern biex jużaw ir-riżorsi u il-kuntatti tagħhom fosthom il-media, biex jgħinu l-din il-koppja fix-xewqa tagħhom li jgħinu lill-oħrajn ħalli jinbnew relażżjonijiet qawwija bejn il-koppji.

Huma waqqfu is-sit eletroniku, http://www.couplecards.com , li fih hemm l-informazzjoni u ritratti dwar dan il-proġett u http://www.facebook.com/couplecards li jgħin biex jilħqu lill-ġenerazzjoni żagħżugħa u jaqsmu messaġġi pożittivi.

J’Alla li din l-inizjattiva tikseb l-appoġġ mistħoq ħalli jkollna relazzjonijiet b’saħħithom u stabbli biex b’hekk jkollna soċjetà aħjar.

Minn Patri Hermann Duncan O.Carm