Żgħażagħ Ewropej f’pellegrinaġġ għal Santiago de Compostela f’Awwissu 2021
Minkejja li bħalissa għaddejjin mit-tieni mewġa tal-pandemija tal-Covid-19, il-Knisja Spanjola ma waqfitx milli tagħmel programm ta’ innizjativi li jistgħu jsiru iktar il-quddiem, fosthom il-pellegrinaġġ taż-żgħażagħ Ewropej f’Santiago, fis-sena ġubilari Compostelan, li jibda fil-lejl tal-31 ta’ Diċembru ta’ din is-sena.
Dan l-avveniment qed jiġi pjanat li jsir bejn l-4 u 8 t’Awwissu 2021, meta f’Santiago ħa jkun hemm il-laqgħa taż-żgħażagħ mill-Ewropa kollha, biex jgħixu mumenti ta’ talb, ta’ laqgħa u ta’ festa.
l-Arċisqof ta’ Santiago de Compostela, Mons. Julián Barrio, ippreżenta s-sena Compostelan, f’ittra pastorali bit-titlu‘Oħroġ minn artek, Santiago qed jistenniek’. Fejn qed iħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jitilqu u joffru spunti tar-riflessjoni Kristjana rigward l-impenn lejn is-soċjetá.
Il-logo magħżul għal dan il-pellegrinaġġ juri s-salib imma wkoll jista jidher bħala salib it-toroq, il-punt fejn iż-żgħażagħ jiltaqgħu ma Ġesù. Fin-nofs ta’ dan is-salib hemm il-kelma ‘żgħażagħ’ u l-arzella li tissimbolizza l-pellegrini, kif ukoll fl-isfond hemm il-faċċata tal-Katidral ta Santiago di Compostela, fejn wara mixja twil, mhux biss fiżika imma wkoll spiritwali l-pellegrini jiġu milqugħa hemm f’dan il-post fejn hi d-dar tal-Missier.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/10/15/giovani-ad-agosto-2021-il-pellegrinaggio-dei-giovani-europei-a-santiago-de-compostela/