818-il miljun tifel u tifla, fl-iskejjel tagħhom ma għandhomx servizzi li jistgħu jaħslu idejhom bl-ilma u s-sapun.
Fil-pajjiżi mhux żvillupati, 7 minn 10 skejjel m’għandhomx post fejn it-tfal jistgħu jaħslu jdejhom bl-ilma u s-sapun. Dan qalitu l-Unicef fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-ħasil tal-idejn, li ġie ċċelebrat nhar il-Ħamis li għadda.
L-Unicef tfakkar, anki jekk il-ħasil tal-idejn bl-ilma u s-sapun hu fundamentali biex tipprevjeni milli taqbdek il-pandemija tal-Covid-19, miljuni ta’ persuni fid-dinja kollha m’għandhomx aċċess immedjat għal post fejn jaħslu idejhom.
“Il-pandemija enfasizzat l-irwol kruċjali tal-indafa tal-ħasil tal-idejn biex tipprevjeni l-mard. Hu nnaċċettabli li komunitá vulnerabli ma jistgħux jużaw il-metodu sempliċi biex jipproteġu lilhom innfushom u lill-għeżież tagħhom”. Hekk iddikkjarat Kelly Ann Naylor, direttriċi assoċjata tal-Unicef għall-ilma u servizzi iġeniċi u sanitarji. “Hemm bżonn ta’ azzjoni mmedjata biex jingħata s-servizz li l-ħasil tal-idejn bis-sapun ikun aċċessibli għal kulħadd, illum u dejjem”.
Minbarra li tippromovi l-bżonn tal-ħasil tal-idejn, f’iktar minn 130 pajjiż l-Unicef u l-Oms nedhew innizjattiva ‘Hand Hygiene for all’ (indafa tal-idejn għal kulħadd), biex jappoġġjaw l-iżvillup ta’ pjanijiet nazzjonali biex titħaffef u ssostni l-progressi biex tingħata l-iġene tal-idejn, li hi pilastru tal-intervjent tas-saħħa pubblika.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/10/15/coronavirus-covid-19-unicef-818-milioni-di-bambini-a-scuola-senza-servizi-per-lavarsi-le-mani-con-acqua-e-sapone/