It-terroriżmu u l-vjolenza qatt ma jistgħu jiġu aċċetati.


Il-Papa Franġisku viċin il-komunitá li tinsab f’luttu ġewwa Nizza

Il-Papa bagħat messaġġ permezz tas-Segreterija tal-Vatikan biex juri li bħalissa hu qiegħed ħafna qrib il-Knisja ta’ Franza wara attakk li sar fil-Bażilika ta’ Nizza. Hu esprima s-sogħba u t-talb tiegħu wara li tlett persuni spiċċaw tilfu ħajjithom f’attakk li sar fuq il-Bażilika ta’ Notre Dame. Hu talab għall-familjari li huma affettwati u qasam magħhom is-sogħba tat-telfa tal-għeżież tagħhom.

Il-Qdusija tiegħu kkundanna bl-aktar mod qawwi dan l-attakk, filwaqt li assigura lill-komunitá tal-Knisja Kattolika fi Franza, kif ukoll lill-poplu Franċiż il-qrubija tiegħu u sejjaħ għall-għaqda filwaqt li jafda lil Franza taħt il-protezzjoni tal-Madonna.

Matteo Bruni, direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan stqarr: “Dan hu mument ta’ dulur, f’mument ta’ konfużjoni. It-terroriżmu u l-vjolenza qatt ma jistgħu jiġu aċċetati. L-attakk tal-lum żera l-mewt f’post ta’ mħabba u konsolazzjoni, bħad-dar tal-Mulej. Il-Papa hu nfurmat b’dak li ġara u qiegħed viċin il-komunitá Kattolika li tinsab f’luttu. Hu jitlob għal vittmi u l-maħbubin tagħhom, sabiex il-vjolenza tkun tista’ tieqaf, ħalli aħna nkunu nistgħu nħarsu lejn xulxin bħala aħwa u mhux għedewwa, ħalli l-poplu l-maħbub ta’ Franza, jingħaqad u jkunu jistgħu jirrispondu għall-ħażen bit-tajjeb.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-10/pope-holy-see-press-office-statement-nice-attack.html