“La tibżax. Alla hu miegħek”, kampanja ekumenika għall-Milied 2020.
Hekk kif qed noqorbu għall-festa tal-Milied, il-Konferenza Episkopali Ġermaniża kif ukoll il-Knisja Evanġelika qed joffru lill-fidili u lill-parroċċi, materjal ta’ nformazzjoni ekumenika dwar il-preparazzjoni personali, tal-familja u dik komunitarja, b’enfasi fuq kwistjonijiet relatati mal-COVID. Ir-raġuni wara din l-inizjattiva, hija li l-komunitajiet huma żgħar u l-knejjes huma mxerdin f’ħafna postijiet, mingħajr preġudizju għad-differenzi liturġiċi.
Bla dubju dan il-Milied ser ikun qed jiġi mgħajjex f’diversi manjieri. L-esperjenza tal-lockdown fiż-żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, wassal biex il-fidili ma setgħux jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet, kif ukoll ir-restrizzjoni li wieħed joħroġ u jieħu sehem fil-komunità.
F’sitwazzjoni fejn il-ħajja ekkleżjastika qed dejjem tieħu forma differenti, l-knejjes protestanti u kattoliċi, flimkien, qed iwasslu messaġġ ta’ serħan il-moħħ, kunfidenti u ta’ tama’ għal dan il-Milied, li dan hu intenzjonat għall-poplu kollu Ġermaniż.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/10/27/germania-non-abbiate-paura-dio-e-con-voi-campagna-ecumenica-per-il-natale-2020/