L-attakk terroristiku fi Vjenna

Print Friendly, PDF & Email

“Il-vjolenza ma tistax tiġi ġġustifikata”.

Il-Kardinal Christoph Schönborn, Arċisqof ta’ Vjenna, esprima d-dieqa u l-uġigħ tiegħu wara l-attakk terroristiku tat-Tnejn filgħaxija li ra mill-inqas tlett pesuni mejta u ħmistax oħra midruba. “Kienet xi kienet il-motivazzjoni tal-attakk fi Vjenna, għandu jkun ċar li l-vjolenza għamja ma tistax tiġi ġġustifikata”, hekk stqarr l-Arċisqof tal-belt kapital Awstrijaka.

Il-kardinal Schönborn talab għat-talb għall-vittmi tal-attakk, kif ukoll għall-ħaddiema tas-servizzi tal-emerġenza. “F’dawn is-sigħat drammatiċi, nitlob ma’ ħafna oħrajn li qed isegwu permezz tal-midja l-avvenimenti traġiċi li seħħu fil-qalba ta’ beltna, għall-vittmi, s-servizzi tal-emerġenza u li ma jkunx hemm aktar tixrid ta’ demm”.

“Il-fatt li l-isparaturi seħħew eżatt quddiem it-tempju tal-belt tal-komunità reliġjuża Iżraelita, fakkarni fuq l-attakk imdemmi li sar fis-Sinagoga fis-sena 1981”, Il-Kardinal ikkonkluda.

Mill-inqas 3 persuna tilfu ħajjithom, 15 oħra ġew midruba, wara li rġiel armati fetħu n-nar f’attakk terroristiku fuq il-belt ta’ Vjenna. In-numri ta’ rġiel armati, s’issa għadu mhux magħruf, u l-puluzija Awstrijaka stqarret li l-isparaturi seħħew mill-inqas f’sitt postijiet differenti mal-kapital kollu.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/church/news/2020-11/cardinal-shonborn-prayer-victims-of-austria-terror-attack.html

%d bloggers like this: