“Ma rridux nassistu għall-iktar imwiet tat-tfal fil-baħar”.
“Ftit kilometri l-bogħod mill-kosta tagħna, lbieraħ ġiet irreġistrata d-disa’ traġedja fil-baħar, li sfortunatament quddiem għajnejna rajna tifel ta’ sitt xhur biss jitlef ħajtu traġikament mgħarraq, dan ftit ġimgħat wara nawfraġju ieħor”. Hekk iddikjara Andrea Iacomini, kelliem tal-Unicef Italja. “Aħbar li tħallina skantati”, hu żied jgħid.
Filwaqt li Raffaela Milano, direttriċi tal-programmi Italja-Ewropa ta’ Save the Children, wara n-nawfraġju ta’ nhar l-Erbgħa, b’6 imwiet ikkonfermati, nkluż it-tarbija ta’ 6 xhur tafferma li:“L’Italja u l-Ewropa llum ma jistgħux iħarsu fl-għajnejn tal-omm ta’ taħt l-età, mill-Guinea, ddisprata għax rat lit-tarbija tagħha ta’ sitt xhur tmut, mingħajr ma nħossuna verament nistħu”.
Raffaela Milano tfakkar li “ommijiet, anke żgħar ħafna u ħafna drabi ommijiet weħidhom, trabi, tfal żgħar u eluf ta’ minoreni mhux akkumpanjati jkomplu jippruvaw jilħqu l-Libja, biex imbagħad jittamaw li jsibu salvazzjoni fl-Ewropa, wara li jkunu esperjenzaw kundizzjonijiet ta’ faqar estrem u vjolenza ta’ kull tip, anke f’kawża ta’ kunflitti, u ħafna tilfu u se jkomplu jitilfu ħajjithom fil-Mediterran jekk ma jkunx hemm rispons immedjat mill-Italja u l-Ewropa”.
Ġimgħa wara l-Jum Dinji tat-Tfal, li tiċċelebra r-ratifika tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal minn kważi l-pajjiżi kollha tad-dinja, llum nerġgħu ntennu l-ħtieġa li niggarantixxu d-dritt għall-protezzjoni u għall-ħajja ta’ kull tifel u tifla mingħajr distinzjoni li jkunu minn fejn ikunu. Il-kelliem tal-Unicef Italia, Andrea Iacomini stqarr: “Ma rridux nassistu iktar għall-imwiet tat-tfal fil-baħar. Huwa fundamentali w urġenti li l-Ewropa tkun impenjata bis-sħiħ biex tiggarantixxi rotot ta’ aċċess sikuri minn żoni ta’ kriżi jew transitu, biex tevita li għexieren ta’ eluf ta’ tfal, nisa u rġiel jgħixu l-biża’ huma u jaqsmu, kif ukoll tar-rikatt mit-traffikanti, li qed isofru minn vjolenza u abbuż u qed ipoġġu ħajjithom u ta’ wliedhom f’riskju sakemm jisparixxu fil-mewġ tal-baħar Mediterran”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/11/12/naufragio-nel-mediterraneo-unicef-basta-morti-di-bambini-in-mare-ue-garantisca-vie-di-accesso-sicure/
Kif ukoll fuq is-sit: