Il-Papa dwar il-Kosta tal-Avorju

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jappella għar-rikonċiljazzjoni u l-kollaborazzjoni fil-Kosta tal-Avorju

“Ħsibijieti jmorru għall-Kosta tal-Avorju”, qal il-Papa Franġisku, “li llum jiċċelebraw l-Jum Nazzjonali tal-Paċi f’kuntest ta’ tensjoni soċjali u politika li sfortunatament ikkawżaw bosta vittmi”.

Meta tkellem wara t-talba tal-Anġelus fi Pjazza San Pietru nhar il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2020, il-Papa talab lill-Mulej biex ikun hemm armonija nazzjonali. Ħeġġeġ ukoll “lill-ulied kollha tal-pajjiż biex jikkollaboraw b’mod responsabbli għar-rikonċiljazzjoni u l-koeżistenza paċifika”. “B’mod partikolari, nħeġġeġ lill-politiċi biex jerġgħu jistabbilixxu klima ta’ fiduċja reċiproka u djalogu fit-tfittxija għas-soluzzjonijiet ġusti li jipproteġu u jippromwovu l-ġid komuni”, huwa qal.

Il-Kunsill Kostituzzjonali tal-Kosta tal-Avorju, fid-9 ta’ Novembru, ħabbar li l-President Alassane Quattara rebaħ it-tielet mandat biex iservi bħala President. Minn dakinhar il-vjolenza kompliet tiżdied madwar il-pajjiż, bil-kapitali politika Yomoussoukro fil-mira tal-attakki. Mill-inqas 16-il persuna ġew irrappurtati mejta fi vjolenza relatata mal-elezzjoni. 

L-aġenzija tar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti, UNHCR. Irreġistrat tmint elef persuna li ħarbu mill-pajjiż minħabba l-vjolenza li dejjem qed tikber – nofshom lejn il-Liberja li huma ġirien – u l-bqija lejn il-Ghana, l-Guinea u t-Togo.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-11/pope-appeal-angelus-ivory-coast-dialogue-reconciliation.html

%d bloggers like this: