Il-Papa jitlob għall-vittmi tan-nar fir-Rumanija u l-għargħar tal-Filippini


Il-Ħadd 15 ta’ Novembr 2020, waqt it-talba tal-Anġelus, il-Papa Franġisku esprima l-qrubija tiegħu fit-talb lill-poplu tal-Filippini li qed ibatu minħabba l-qerda u l-għargħar ikkawżati minn tifun qawwi.

L-ammont ta’ mejtin mit-tifun Vamco laħaq is-67 ruħ, l-iktar wieħed qattiel li laqat il-Filippini matul din is-sena, filwaqt li bosta żoni fir-reġjun tat-Tramuntana jinsabu mgħaddsa mill-agħar għargħar f’aktar minn 40 sena. Wara t-talba tal-Anġelus il-Papa qal: “Nesprimi s-solidarjetà tiegħi mal-ifqar familji li huma l-aktar vulnerabli f’din id-diżgrazzja”, huwa offra l-appoġġ tiegħu lil dawk li qed jaħdmu biex jgħinuhom.

F’firxa ta’ erba’ ġimgħat, sitt ċikluni laqtgħu lill-Filippini, li jinkludi Vamco u Super Typhoon Goni, l-iktar wieħed qawwi din is-sena.

Il-Papa Franġisku fakkar ukoll f’nar traġiku li ħakem sptar fir-Rumanija fejn pazjenti pożitivi mill-koronivurs kienu qed jieħdu l-kura. “Nesprimi l-qrubija tiegħi u nitlob għall-vittmi”, u talab lil dawk preżenti biex jingħaqdu miegħu fit-talb.

In-nirien li laqat sptar pubbliku fil-belt ta’ Piatra Neamt ħalla 10 persuni mejta u darab 10 oħra 7 minnhom huma f’qagħda kritika. Uffiċċjal qal li n-nirien infirxu fis-sala tal-kura intensiva li qegħdha għal pazjenti bil-Covid-19.

Skond d-dejta maħruġa mill-Università John Hopkins, li qed tosserva l-pandemija tal-Covid-19, turi li r-Rumanija rreġistrat ‘il fuq minn 350,000 infezzjoni u kważi 9,000 mewt u b’hekk hija waħda mill-20 pajjiż bl-ogħla rata ta’ mortalità fid-dinja.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-11/pope-angelus-philippines-typhoon-romania-fire-covid-hospital.html