Strateġija dwar l-Enerġija Rinnovabbli

Print Friendly, PDF & Email

“Strateġija dwar l-Enerġija Rinnovabbli Offshore”. Użu tax-xemx, ir-riħ u l-oċeani.

Biex tgħin tilħaq l-għan tal-Unjoni Ewropea tan-newtralità tal-klima sal-2050, il-Kummissjoni Ewropea ippreżentat l-“Istrateġija tal-UE dwar l-Enerġija Rinnovabbli Offshore”. L-istrateġija tipproponi li żżid il-kapaċità li tieħu enerġija mir-riħ, billi tuża appart lil hinn mill-kosta tal-Ewropa. Il-livel attwali tal-enerġija mir-riħ hu dak ta 12 gigawatt (GW) li jrid jitla mill-inqas għal 60 GW sal-2030 u għal 300 GW sal-2050.

Il-Kummissjoni timmira li tikkumplimenta dan b’40 GW ta’ enerġija li ġejja mill-oċean u teknoloġija oħra emerġenti bħal strumenti li jibqgħu f’wiċċ il-baħar u jieħdu enerġija tar-riħ u dawk solari sal-2050. “Dan it-tkabbir ambizzjuż se jkun ibbażat fuq il-potenzjal vast fil-baċiri tal-baħar kollha tal-Ewropa u fuq il-pożizzjoni ta’ tmexxija globali tal-kumpaniji tal-UE fis-settur”.

L-Istrateġija ġiet ippreżentata fi Brussell il-Ħamis 19 ta’ Novembru minn Frans Timmermans, Viċi President Eżekuttiv għall-Green Deal Ewropew. Skont il-pjan tal-Kummisjoni, it-tkabbir se joħloq opportunitajiet ġodda għall-industrija, jiġġenera impjiegi għall-enerġija nadifa madwar il-kontinent, u jsaħħaħ it-tmexxija globali tal-Unjoni Ewropea fit-teknoloġija tal-enerġiji offshore. Se tiżgura wkoll il-protezzjoni tal-ambjent, il-bijodiversità u s-sajd tagħna.

“L-istrateġija turi l-urġenza u l-opportunità li nżidu l-investiment tagħna f’enerġiji rinnovabbli offshore”, saħaq Timmermans. “Bil-baċiri vasti tal-baħar u t-tmexxija industrijali tagħna, l-Unjoni Ewropea għandha dak kollu li teħtieġ biex tlaħħaq mal-isfida”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.agensir.it/quotidiano/2020/11/19/clima-timmermans-commissione-ue-nuova-strategia-per-energie-rinnovabili-offshore-scommessa-su-sole-vento-e-maree/

%d bloggers like this: