Żewġ maltempati u l-pandemija ħallew diżastru sħiħ fil-Ħonduras.

Print Friendly, PDF & Email

Żewġ saċerdoti mill-Ħonduras qalu li l-Knisja hija mgħarrqa tipprova tipprovdi għajnuna umanitarja lill-vittmi tal-Urugan Iota, ħmistax biss wara l-Urugan Eta qered ir-reġjun. “Hawn ħafna bżonnijiet u hawn ftit għajnuna umana, fiżika u materjali biex tirrispondi għal din il-kriżi”, qal il-Ġiżwita Patri Ismael Moreno Coto minn Progreso, l-Ħonduras, fejn kien maqbud minn torrent t’ilma ta’ għargħar li għadda mit-triq ta’ wara d-dar tiegħu.

“F’dan iż-żmien, m’aħniex qed naħsbu dwar bżonnijiet oħra (għajr) biex ngħinu lin-nies li ġew evakwati mill-ilma, w noffru affarijiet bażiċi tal-ikel, maskri – minħabba l-pandemija –  saqqijiet u oġġetti sanitarji”, huwa qal.  

L-Urugana Iota niżel fin-Nikaragwa bħala maltempata ta’ Kategorija 4 u tilef il-qawwa tiegħu meta qasam l-Amerika Ċentrali, iżda tefa’ ammonti enormi ta’ xita fuq ir-reġjun li kien diġa mgħarraq, u pprovoka għargħar, qered pontijiet u kkawża valangi tat-tajn. L-impatt kien devastanti b’mod speċjali fil-Ħonduras, fejn partijiet tat-tramuntana tal-pajjiż ġew mgħarrqa, nkluża l-akbar belt tagħha, San Pedro Sula.

“Huwa ta’ niket għax ħafna nies prattikament issa spiċċaw fit-toroq”, qal Patri Germán Calix, ex direttur tal-Caritas Honduras. “Huma tilfu djar, tilfu x-xogħol, kif ukoll tilfu l-uċuħ tar-raba tagħhom”.

L-awtoritajiet tal-Ħonduras jistmaw li madwar 500,000 ruħ ġew milquta mill-għargħar, filwaqt li 26 persuna f’erba’ pajjiżi tilfu ħajjithom, skont rapporti tal-istampa. Għalkemm ma ntilfux daqstant ħajjiet, imma  l-qerda li ħallew iż-żewġ maltempati qawwija li waslu f’ġimgħatejn ġabu paraguni mal-Urugan Mitch, li kien qered il-Ħonduras fl-1998, u li mill-inqas 9,000 ruħ tilfu ħajjithom.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://cruxnow.com/church-in-the-americas/2020/11/twin-storms-pandemic-more-disastrous-than-mitch-says-honduran-priest/

%d