Is-saħħa, l-ekonomija, l-klima u l-ambjent fuq l-aġenda tal-G20

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt 21 ta’ Novembru 2020:

“Is-summit tal-G20 se jkun opportunità biex jimmarka bidu ġdid fil-kooperazzjoni multilaterali u biex niffaċċjaw l-isfidi globali li lkoll qed inħabbtu wiċċna magħhom”.

Huwa f’dan l-ispirtu li l-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, Ursola von der Leyen, tħares lejn l-avveniment li se jsir b’mod virtwali fi tmiem il-ġimgħa (21-22 ta’ Novembru), li għalih ser tattendi flimkien mal-President tal-Parlament tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel.

Is-saħħa, l-ekonomija, il-klima u l-ħarsien ambjentali, li huma l-oqsma ewlenin li se jkunu fuq l-aġenda ta’ dan is-summit, huma wkoll temi ta’ importanza kbira għall-Knisja Kattolika, tant li l-Papa Franġisku mhux biss tkellem dwarhom f’diversi diskorsi tiegħu, imma huwa wkoll iddedika għalihom waħda mill-enċikliċi, il-Laudato si’ li tittratta propju dwar il-ħarsien tal-ħolqien, li huwa jsejjaħlu d-dar komuni tagħna.

Fiċ-ċirkustanzi tal-pandemija li minnha għaddejja d-dinja bħalissa, l-Unjoni Ewropea se tkun qed titlob lill-mexxejja tal-G20 biex jilħqu l-ammont ta’ 4.5 biljun dollaru sal-aħħar tas-sena għall-“ACT Accelerator”, pjattaforma ta’ kooperazzjoni globali għall-ġlieda kontra l-Covid, u l-għodda tagħha Covax .

Skond von der Leyen, lezzjoni li diġà tista’ titgħallem mill-pandemija hija li “l-pajjiżi kollha għandhom bżonn jaħdmu flimkien aħjar biex itejbu s-sigurtà globali tas-saħħa”. L-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa għandha rwol ewlieni f’dan: “S’issa, l-Istati Uniti wrew reżistenza għal din il-kwistjoni”, qalet von der Leyen, imma “nispera li bil-president elett il-ġdid, l-affarijiet jinbidlu”.

Fir-rigward tal-kwistjonijiet ekonomiċi, L-Unjoni Ewropea tipproponi li “miżuri ta’ appoġġ ekonomiku għandhom jibqgħu, sakemm l-irkupru huwa sod fit-toroq tagħha”, l-irkupru li għandu jkun “sostenibbli u nklussiv”. Huwa għalhekk li l-UE, fost affarijiet oħra tappoġġja “l-estensjoni tas-sospensjoni tal-ħlasijiet tad-dejn sa nofs l-2021, bl-għażla ta’ estensjoni oħra ta’ 6 xhur”.

Waqt li tkellmet dwar l-għanijiet klimatiċi u ambjentali, von der Leyen ma nsietx li tindika li “l-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti hija mistennija tagħti xi impetu ġdid, ibbażata fuq id-dikjarazzjoni tal-president elett li l-Istati Uniti se tingħaqad mill-ġdid mal-Ftehim ta’ Pariġi”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.agensir.it/quotidiano/2020/11/20/g20-in-agenda-salute-economia-clima-e-ambiente-von-der-leyen-commissione-ue-nuovo-inizio-nella-cooperazione-multilaterale/

%d bloggers like this: