SOLENNITÀ TAL-QADDISIN APPOSTLI PIETRU U PAWLU. OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II. San Pietru, 29 ta’ Ġunju 1980.
1. F’dan il-jum, li fih il-Knisja tiċċelebra t-tifkira tal-qaddisin Pietru u Pawlu, ninsabu ġo Ruma fl-aħħar stadju tal-mixja terrestri taż-żewġ Appostli. U, b’mod kontemporanju, inmorru, bil-memorja u bil-qalb, pellegrinaġġ fid-diversi postijiet, li nafu mill-Vanġelu, mill-Atti tal-Appostli u mill-ittri. Fost dawn il-postijiet kollha (imferrxa fir-raġġ ta’ kważi l-Mediterran kollu, mil-Lvant lejn it-Tramuntana), l-iktar important, bla dubju huwa dak fil-viċinanzi ta’ Ċesarea ta’ Filippu, li huwa mfakkar mill-Vanġelu tallum. L-iktar important mhux biss għall-istorja ta’ Pietru, imma wkoll, f’ċertu sens għall-istorja ta’ Pawlu, għall-istorja tal-Knisja u tal-Kristjaneżmu, għall-istorja tas-salvazzjoni.
Ġesù jistaqsi lill-Appostli tiegħu: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” (Mt 16,13).
Joħorġu opinjonijiet differenti li allura kienu jiġru bla dubju qalb in-nies tal-Palestina. U meta Ġesù għat-tieni darba jistaqsi: “Intom min tgħidu li jien?” (Mt 16,15), iwieġeb Pietru. U propju din it-tweġiba hija t-tweġiba l-iktar importanti. Hija t-tweġiba l-iktar important f’dak li jirrigwarda l-kontenut tagħha u fl-istess ħin, ferrm iktar, f’’dak li jirrigwarda s-sors minn fejn ġiet.
Dan il-kontenut jippronunzja Pietru fil-kliem: “Inti il-Kristu, l-Iben ta’ Alla l-ħaj” (Mt 16,16). U Kristu nnifsu jħabbar minn liema sors kiernet ġiet dik l-istqarrija, li fuqha minn issa ‘l quddiem kellu jibni l-Knisja. Kristu jgħid: “La l-ġisem u linqas id-demm ma rrivelawlek dan, imma Missieri li jinsab fis-smewwiet” (Mt 16,17).
2.Fil-lituirġija tal-quddiesa vespertina tal-bieraħ, li tintroduċi s-sollennità taż-żewġ Appostli, Pawlu fl-ittra lill-Galatin qal hekk: “… meta dak li għażilni sa minn ġuf ommi u sejjaħli bil-grazzja tiegħu, għoġbu jirrivelali lil Ibnu…minnufih bla ma qgħadt infittex li nieħu parir mingħand bnedmin… jiena mort l-Għarabja u mbagħad erġajt lura lejn Damasku…wara tliet snin tlajt Ġerusalem biex nikkonsulta ma’ Kefa, u bqajt miegħu ħmistax-il jum…” (Gal 1,15-18).
L-Appostlu tal-ġentili jiġbor fil-qosor f’dan il-kliem l-itinerarju tiegħu. Iltaqà ma’ Pietru f’Ġerusalem, imbagħad f’Antijokja, u wara biss f’Ruma, fejn it-tnejn kienu mistennija mill-aħħar prova. Madankollu, kien dejjem magħqud ma’ Pietru u Piertru miegħu, f’dan: li Alla kien għoġbu jirrivela fih lil Ibnu. Għall-ewwel darba qrib il-bibien ta’ Damasku, meta ġie minxur mal-art u mgħammex minn dawl mis-sema, u għall-mistoqsija “Min int, o Mulej?” kien semà t-tweġiba: “Jiena Ġesù, li inti qiegħed tippersegwita” (At 9,5). Allura twettaq f’Pawlu dak stess li kien twettaq f’Pietru fil-viċinanzi ta’ Ċesarea ta’ Filippu, meta hu kien stqarr: “Inti l-Kristu, l-Iben ta’ Alla l-ħaj”. Il-Missier kien irrivelalu fi Kristu il-Messija Ibnu. L-Iben ta’ Alla l-ħaj. U Pawlu aċċetta internament il-kliem tal-Missier “mingħajr ma kkonsulta ebda bniedem”, l-istess bħal Pietru, li semà minn fomm Kristu: “La ġisem u linqas demm ma rrivelalek dan”.
3. Ninsabu fil-punt essenzjali tal-ekonomija divina. Alla jagħti lil Ibnu, u fl-istess ħin Alla jirrivela lil Ibnu qabel kulħadd lil Pietru, li qabel kien jismu Xmun, u kien bin Ġona u ħu Indri, u mbagħad – meta wasal il-waqt – lil Pawlu, li qabel kien jismu Sawlu ta’ Tarsu. Grazzi għall-qawwa ta din ir-rivelazzjoni tal-Iben min-naħa tal-Missier, Pietru, li emmen u stqarr il-fidi tiegħu, kellu jkun “ġebla”. U jiena ngħidlek: Inti Pietru, “il-ġebla”, u fuq din il-ġebla jien se nibni l-Knisja tiegħi u s-setgħat tal-infern ma jegħelbuhiex” (Mt 16,18). Grazzi għall-qawwa tal-istess rivelazzjoni tal-Iben min-naħa tal-Missier, Pawlu, li emmen u stqarr il-fidi tiegħu fi Kristu bl-istess żelu tal-ispirtu, li bih qabel kien ippersegwita lill-konfessuri ta’ Kristu, kellu jsir “l-istrument magħżul” biex iwassal isem il-Mulej quddiem il-popli (cf. At 9,15).
Il-Knisja ta’ Ruma tiċċelebra llum it-tifkira tat-tnejn. Il-“ġebla” u l-“instrument magħżul” iltaqgħu b’mod definittiv hawn. Hawn kienu wettqu l-ministeru apostoliku tagħhom, hawn issiġillawh b’mod definittiv bix-xhieda tad-demm li huma xerrdu, bix-xhieda tas-sagrifiċċju totali tal-ħajja.
Waqt li ra bil-quddiem dan il-jum, Pawlu kien kiteb lil Timotju, bħal ma naqraw fil-liturġija tallum”demmi se jixtered b’sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal. Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f’dak il-jum iħallasni l-Mulej, l-Imħallef ġust, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu fl-imħabba tad-Dehra tiegħu” (2Tm 4,6-8).
Bħal Pawlu, jistà jikteb dwaru stess Pietru. Dwar kull wieħed minnhom wieħed jistà jgħid li ħabbew b’mod speċjali id-Dehra tal-Mulej. Li laqgħuh b’qalbhom kollha, li taw xhieda b’ħajjithom kollha u b’mewthom. Taw xhieda mhux lil dak li “l-ġisem u d-demm” jistgħu jirrivelaw lill-bniedem, imma lil dak li “rrivela l-Missier”. Il-verità u l-qawwa ta’ din ir-rivelazzjoni għadha fil-Knisja u tkompli tikber fiha b’mod kostanti mill-għeruq taż-żewġ Appostli: Pietru, li hu l-“ġebla”, u Pawlu li sar l-“instrument magħżul”.
4. Waqt li niffesteġġja illum il-jum tat-twelid tagħhom definittiv, il-Knisja Rumana u, fl-istess ħin, il-Knisja kollha tħares lejha nfisha. Tara lilha nfisha bħal ma hi fis-sena tal-Mulej 1980.
U waqt li tara lilha nfisha kif inhi, waqt li taħseb f’Pietru, li l-Mulej sejjaħ “ġebla”, titlob li jkollha tali qawwa ta’ fidi fl-Iben ta’ Alla l-ħaj – fidi rrivelata mill-Missier – li tippermettilha li tippersisti u li tiżviluppa lilha nfisha bħala l-Knisja tal-Alla l-ħaj u flimkien mal-“ġebla” tad-dinja u tal-bnedmin fid-dinja kontemporanja.
Waqt li mbagħad taħseb f’Pawlu, li l-Mulej sejjaħ l-“instrument magħżul”, il-Knisja ma tiqafx titlob biex ikollha forza tali ta’ fidi fi Kristu, li ma tippermettilha qatt li tieqaf fit-twettiq u fl-iżvilupp tal-missjoni tagħha. Anzi, li “iġġegħlha” dejjem iktar biex twassal lil Kristu f’kull parti tal-globu u f’kull fimensjoni tal-eżistenza umana , ptopju kif kien għamel dakl li l-Mulej kien dsejjaħlu l-“instrument magħżul”.
U fl-aħħarnett il-Knisja tismà l-kliem, li għall-ewwel darba Pietru kien semà fil-voċinanzi ta’ Ċesarea ta’ Filippu: “Lilek nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet, u dak kollu li tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet, u dak kollu li torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet” (Mt 16,19). U waqt li tismà dan il-kliem, il-Knisja kollha titlob li tkun il-qaddejja fidila u għassiesa għal kull miġja tal-Mulej, storika u definittiva, li tħejji lilha nfisha u l-familja umana kollha għal din il-miġja.
Hekk bħal ma ħejjewha l-qaddisin Appostli Pietru u Pawlu.
Jalla hija taspira għal din il-miġja bil-qawwiet kollha. Hekk bħal ma aspiraw għaliha huma.
Illum il-ferħ tagħna għal din il-festa tal-qaddisin Pietru u Pawlu kiber minħabba l-preżenza tad-delegazzjoni mibgħuta lill-patrijarka ekumeniku Dimitrios I u tas-Sinodu tiegħu. Insellem bi stima u mħabba lil din id-delegazzjoni, li riedet tingħaqad magħna fit-talb. Tali komunjoni se twassalna, nittamaw, għall-għaqda sħiħa u għaċ-ċelebrazzjoni komuni tal-Ewkaristija. Imma diġa llum il-ferħ tagħna huwa kbir. Inroddu ħajr lil Alla.
Amen.