Il-Papa lill-ħaddiema fil-kura tas-saħħa, “intom l-eroj veri …”

Print Friendly, PDF & Email

“Tobba, nfermiera, eroj veri f’din il-pandemija u l-isforzi tagħkom ħaqqhom aktar mertu”.

It-Tlieta 24 ta’ Novembru 2020: F’messaġġ awdjo-visiv, il-Papa Franġisku esprima l-gratitudni tiegħu lejn il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa tal-Arġentina għas-servizz altruista tagħhom lill-morda waqt il-pandemija tal-Covid-19. “Intom l-eroj veri ta’ din il-pandemija u li sforzi tagħkom ħaqqhom aktar mertu. Kemm minnkom tajtu ħajitkom biex tkunu viċin il-morda! Grazzi tal-qrubija, grazzi tat-tenerezza, grazzi tal-professjonalità li biha tieħdu ħsieb il-morda”.

Il-messaġġ tiegħu jasal fl-okkażjoni ta’ żewġ kommemorazzjonijiet nazzjonali fil-pajjiż: Il-Jum Nazzjonali tal-Infermiera, li ġie osservat fil-21 ta’ Novembru, u l-Jum tat-Tobba, li ser jiġi ċċelebrat fit-3 ta’ Diċembru. “Irrid inkun viċin it-tobba u l-infermiera kollha”, jgħid il-Papa, “speċjalment f’dan iż-żmien meta l-pandemija ssejħilna biex inkunu viċin l-irġiel u n-nisa li qed ibatu”.

Il-Papa Franġisku temm il-messaġġ tiegħu b’dan il-kliem: “Nitlob għalikom, nitlob lill-Mulej biex ibierek lil kull wieħed minnkom u l-familji tagħkom, b’qalbi kollha, u biex jakkumpanjakhom fix-xogħol tagħkom u fil-problemi li tistgħu tiltaqgħu magħhom. J’Alla l-Mulej ikun viċin tagħkom kif intom qrib il-morda. U tinsewx titolbu għalija”.

Il-filmat jibda b’diversi xbihat ta’ ħaddiema tas-saħħa nvoluti fil-kura ta’ kuljum tal-morda, f’diversi sitwazzjonijiet, bħall-isptar, il-klinika u s-sala. Huma jmorru jżuru u jfarrġu u jieħdu ħsieb il-morda b’ġesti, kliem u tbissima.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-11/pope-francis-argentina-nurses-doctors-day-video-message.html

%d bloggers like this: