Life Giving Gift

Print Friendly, PDF & Email

AGĦTI RIGAL B’DIFFERENZA DAN IL-MILIED

Dan il-Milied, int mistieden biex taqsam il-messaġġ ta’ fidi, tama u mħabba billi tagħti rigal tassew importanti lill-maħbubin tiegħek – rigal li jippermettilek ukoll li tilħaq u tgħin komunitajiet fil-bżonn madwar id-dinja. Agħtina l-appoġġ tiegħek billi tixtri Life Giving Gift’ illum.

Għandna għażla meraviljuża ta’ rigali u ma’ kull rigal tirċievi kartolina li turi ritratt tar-rigal li għażilt sabiex tikteb messaġġ personali qabel tintbagħat lil min tkun xtrajt ir-rigal.

Meta tixtri rigali bħal dawn isserraħ moħħok li jintgħoġbu żgur!

  • Ċemplilna fuq 21236962 jew 21550267 (Għawdex) biex tixtri rigal mil-lista.

jew

  • Ibgħat ċekk indirizzat lil Missio flimkien mal-għażla tiegħek, ismek, in-numru tat-telefown u l-indirizz, u tirċievi l-kartolina bil-posta.

jew

  • Ejja sal-ħanut tagħna ‘Faith, Hope & Charity’ fi Triq il-Merkanti, il-Belt.

jew

Sabiex tagħmel donazzjoni onlajn jew għal aktar tagħrif dwar Missio żur is-sit www.missio.org.mt jew ikkuntatjana fuq info@missio.org.t jew 2123 6962. Grazzi mill-qalb.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading