Il-Papa jitlob għall-martri ta’ El Salvador 40 sena wara l-mewt tagħhom.

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħamis 3 ta’ Diċembru 2020: Erbgħin sena wara l-mewt tagħhom, il-Papa Franġisku jfakkar lin-nisa missjunarji kuraġġużi li ġew maqtula brutalment f’El Salvador waqt li kienu qed jaħdmu biex jagħm: lu l-ħajja iktar faċli ta’ dawk li kienu qed ibatu mill-gwerra ċivili.

Kien it-2 ta’ Diċembru 1980, għaxar xhur wara l-bidu tal-gwerra ċivili f’El Salvador, u tmien xhur mill-qtil tal-Arċisqof Salvadorjan, San Oscar Romero, meta erba’ nisa Amerikani ġew maqtula brutalment. L-erba’ nisa, missjunarji kienu qed joffru għajnuna umanitarja lin-nies ta’ El Salvador u l-pajjiżi ġirien. Dawn kienu meqjusa bħala theddida għall-gvern tal-lemin, u akkużati mir-reġim li jiffavorixxu oppożizzjoni politika. Dawn l-erba’ nisa, tliet sorijiet, kif ukoll żagħżugħa li kienet riesqa għaż-żwieġ ġew stuprati u maqtula minn ħames membri tal-gwardja Nazzjonali ta’ El Salvador.

Il-Papa Franġisku dawwar il-ħsibijiet tiegħu fuq dawn l-erba’ martri fl-aħħar tal-Udjenza Ġenerali tiegħu, fejn kien qed jiġi mfakkar l-anniversarju tal-mewt tagħhom. Il-Papa qal: “Illum huwa l-40 anniversarju mill-mewt ta’ erba’ missjunarji maqtula f’El Salvador… Fit-2 ta’ Diċembru fl-1980 ġew maħtufa, stuprati u maqtula minn gruppi ta’ forza paramilitari. Huma kienu qed joffru s-servizzi tagħhom matul il-gwerra ċivili u kienu qed iġibu l-ikel u l-mediċina lil dawk li kellhom jaħarbu, speċjalment lill-familji li kienu l-ifqar. Dawn in-nisa għexu l-fidi tagħhom b’ġenerosità kbira. Huma eżempju għalina lkoll biex insiru dixxipli missjunarji leali”

Kienu biss erba’ minn 8,000 persuna li nqatlu f’dik l-ewwel sena ta’ gwerra civili, gwerra li damet għaddejja għal 12-il sena u li ħalliet ‘il fuq minn 75,000 ruħ mejta.

In-nisa huma mfakkra kull sena fl-anniversarju tal-mewt tagħhom. Attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u l-familji tal-vittmi qatt ma waqfu jiġġieldu għall-ġustizzja. Ħames Gwardjani Nazzjonali ġew ikkundannati għall-qtil tagħhom; u wara battalja ta’ 16-il sena, l-kap tal-Gwardji Nazzjonali, li minn dak iż-żmien kien emigra lejn l-istat Amerikan ta’ Florida, ġie finalment deportat lura lejn El Salvador.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-francis-general-audience-prayer-el-salvador-martyrs.html

%d