Malta Missjunarja ta’ Diċembru 2020


Żgur u mhux forsi li lkoll kemm aħna smajna biż-żagħżugħ Beatu Carlo Acutis. Iżda min verament kien dan il-ġuvnott li tista’ tgħid seraq il-qlub tagħna lkoll? Kemm kien iħobb jgħid li: “Aktar ma nirċievu l-Ewkaristija, aktar insiru bħal Ġesù!”

Matul ix-xahar ta’ Diċembru tista’ tkompli taqra aktar dwar dan il-qaddis żagħżugħ fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli ssibu fil-qosor it-tielet Enċiklika li Papa Franġisku għadu kemm ħareġ. Din iġġib l-isem ta’ ‘Fratelli Tutti’ – ‘Ilkoll Aħwa’. F’artiklu ieħor umbagħad naqraw dwar il-ħajja ta’ San Franġisk Saverju, missjunarju pijunier fl-Indja, fil-Lvant Imbiegħed u l-vjaġġi li għamel.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.