Beatu Giacomo Alberione

Print Friendly, PDF & Email

Il-Beatu Giacomo Alberione huwa l-fundatur tal-Familja Pawlina. Huwa waqqaf ħames Kongregazzjonijiet Reliġjużi, erba’ minnhom ta’ Istitut Sekulari waqt li l- ħames waħda hija Assoċjazzjoni għall-Lajċi. Huwa twieled fl-4 ta’ April, 1884 ġewwa San Lorenzo di Fossano, fl-Italja, u ġej minn familja nisranija ħafna.

Alberione kellu tliet mumenti f’ħajtu li nfluwenzaw il–futur tiegħu.

L-ewwel mument kien meta kien għadu żgħir ħafna u l- għalliema saqsewh xi xtaq ikun meta jikber. Hu waqaf ftit u qalilhom “La nikber nixtieq insir saċerdot”. Ftit snin wara, jiġifieri f’Ottubru tas-sena 1900, Giacomo ġie aċċettat fis-seminarju tad-djoċesi ta’ Alba.

It-tieni mument kien meta huwa kien qiegħed jagħmel l- adorazzjoni matul il- lejl ta’l -1 ta’ Jannar, 1901, fejn huwa poġġa ħajtu quddiem Alla, u dawl kbir ġie mill- Ewkaristija u f’dak il-ħin Alberione fehem l-istedina ta’ Ġesù, “Ejjew għandi, intom ilkoll …” (Mt 11, 28). B’din is-sejħa, huwa ħass ċar il-vokazzjoni tiegħu għas-saċerdozju u ħass id-dmir li jwaqqaf kongregazzjoni reliġjuża għall- ġid ta’ l- oħrajn. Fid-29 ta’ Ġunju, 1907 Giacomo Alberione ġie ordnat saċerdot u sena wara ġie maħtur mill-Isqof tal post biex ikun id-direttur spiritwali tas-seminarju minuri u dak maġġuri kif wkoll jagħmel sehem mill-fakultà tat-tagħlim tas-seminarju.

It-tielet mument ta’ ħajtu sar fis- sena 1910 meta kien qiegħed jagħmel dixxerniment dwar ħajjtu. Kif u x’jista’ jagħmel għas-sejħa li Ġesù qallu biha, “Ejjew għandi, intom ilkoll…”. Huwa ġietu f’rasu li jkollu organizzazjoni ta’ kittieba, tekniċi, bejjiegħa tal-kotba u bejjiegħa bl-imnut, Insara li kellu jagħti direzzjoni, xogħol u spirtu ta’ appostolat …”. Is-saċerdot żagħżugħ kien qed jara soċjetà ta’ persuni li jħobbu lil Alla b’moħħom kollu, bil- qawwa  kollu tagħhom, u b’qalbhom kollha; persuni li joffru li jaħdmu għall-Knisja, u jkunu kuntenti bil-paga li jingħatalhom.

Wara li huwa mar Ruma fl-20 ta’ Awwissu, 1914, biex jobdi dejjem ir-rieda t’Alla, Alberione waqqaf is – Soċjetà ta’ San Pawl magħrufin bħalha l-Pawlini. Konxju dwar ir- rwol importanti tan-nisa biex jagħmlu l-ġid għall-glorja ta’ Alla, fi żmien sena waqqaf Kongregazzjoni għan nisa, li tieħu ħsieb it-tfal (1915). Fl-1916, huwa ħass il-bżonn li jżid it- tielet kongregazzjoni ma’ l- ewwel tnejn li kien ġa waqqaf, waħda li tinkludi lajċi li jingħataw  għall- ħajja tal-Assoċjazzjoni bħalha Kooperaturi Pawlini, grupp ta’ kollaboraturi lajċi li jimpenjaw ruħhom u jkunu benefatturi tal-Familja Pawlina. Nistgħu ngħidu li bhekk il-familja Pawlina kompliet tikber.

Fl-1923, Alberione bla ma kien mistenni qabditu marda serja u t- tobba ftit kellhom fiduċja li jfiq, iżda huwa rkupra b’mod tal- għaġeb. Wara ħafna talb u offerti Giacomo kien mnebbaħ  biex iwaqqaf id-Dixxipli tal-Imgħallem Divin fl-1924. Hekk kif kompla jmexxi l-Familja Pawlina, rġiel u nisa, waqt li ppubblika bosta xogħlijiet letterarji, il-Fundatur ħass il-ħtieġa li jwaqqaf ir-raba’ istitut reliġjuż li jissejhu Sorijiet ta’ Ġesù r-Ragħaj it-Tajjeb fl-1938.

Fl-1954, biex tiġi ċċelebrata l-40 anniversarju mit-twaqqif  tal-Familja Pawlina, Don Alberione għall-ewwel darba ta’ l- permess li tinkiteb xi ħaġa dwar ħajtu (il-materjal jidher fil-ktieb ‘Mi protendo in avanti’), u huwa wkoll aċċetta li jikteb xi ħsibijiet dwar il-bidu tal-kongregazzjoni li huwa waqqaf. Bhekk inkiteb ktieb żgħir jismu “Abundantes divitiae gratiae suae” l – istorja kariżmatika tal-Familja Pawlina.

Il-ħames Kongregazzjoni reliġjuża, l-Istitut tas-Sultana tal-Appostli, twaqqaf f’Settembru tal-1959. Bejn il-perjodu tal-1958 u l-1960 wara perjodu ta’ riflessjoni bir-reqqa, tliet istituti ġodda ġew miżjuda mal-Familja Pawlina: l-Istitut ta’ Ġesù Saċerdot, dak tal-Arkanġlu San Gabriel u dak tal-Madonna tal-Lunzjata. Aktar tard, fl-1965, Alberione waqqaf l-Istitut tal-Familja Mqaddsa bħala parti mill-Familja Pawlina.

Don Alberione ra dawn l-Istituti f’relazzjoni komplimentari bejniethom. “Il – kongregazzjonijiet huma marbuta ma’ xulxin fil-Persuna tal-Imgħallem Divin, u għalhekk jingħataw kollha kemm huma Lilu li Huwa t-Triq, is- Sewwa u l-Ħajja”. Is-sigriet ta’ din l-għaqda u l- komunjoni tal-Familja Pawlina għandha tkun dejjem l-istess: Kristu, iċ-ċentru ta’ kulħadd u ta’ kollox.

Mill-1962 sa l-1965, Don Alberione kien protagonist sieket imma attent fil-Konċilju Vatikan II, u attenda s-sessjonijiet kollha li saru kuljum. F’dan iż-żmien l-inkwiet u t-tbatijiet ma kinux nieqsa: fosthom il-mewt ta’ żewġ kollaboraturi tiegħu, Timotju Giaccardo u Thecla Merlo; l-inkwiet għall-komunitajiet Pawlini barra mill-pajjiż li kienu għaddejjin minn diffikultajiet ġmielhom, u fuq livell personali, il- kundizzjoni ta’ ħajjet Don Alberione li beda jsofri l- iskoljożi b-uġigħ li kien jittormentah lejl u nhar.

Don Alberione għadda għal- ħajja ta’ dejjem fis-26 ta’ Novembru, 1971, fl- għomor ta’ 87, wara li kien ħadem bla heda biex iwettaq il-missjoni mogħtija lilu mill-Missier tas-sema biex iwaqqaf is- Soċjeta Pawlina.

Fl- 1996, Il-Papa San Ġwanni Pawlu II għaraf lil Don Alberione bħalha Venerabbli u aktar tard, fis-27 ta’ April, 2003, l-istess Papa beatifikah u ddikjarah Beatu Giacomo Alberione.

Nitolbu li fil- knisja ikun hawn iktar vokazzjonijijet saċerdotali u reliġjużi.

Minn Patri Hermann Duncan O.Carm

%d