Il-Papa Franġisku jiċċelebra l-51 sena ta’ saċerdozju

Wieħed u ħamsin sena ilu, fit-13 ta’ Diċembru 1969; u ftit jiem biss qabel għalaq it-33 sena tiegħu, Jorge Mario Bergoglio ġie ordnat saċerdot. Ħdax-il sena qabel, fil-11 ta’ Marzu 1958, kien daħal fin-novizzjat tal-Kumpanija ta’ Ġesù fejn, inqas minn erba’ snin wara l-ordinazzjoni tiegħu, għamel il-professjoni perpetwa tiegħu.

Il-Papa Franġisku kien ordnat Saċerdot fit-13 ta’ Diċembru 1969

Il-Papa Franġisku spiss jindirizza saċerdoti fl-omeliji u d-diskorsi tiegħu. Din is-sena, b’mod partikolari, semmiehom diversi drabi b’referenza għall-pandemija attwali u l-impenn tagħhom għall-fidili f’dan iż-żmien ta’ emerġenza tas-saħħa.

Meta l-Quddiesa tat-Tberik ta’ Żjut tal-Griżma ġiet posposta minħabba restrizzjoni ta’ Covid-19, il-Papa Franġisku kiteb ittra lis-saċerdoti ta’ Ruma. Il-Papa ndirizza bil-qalb lir-Rgħajja tal-poplu t’Alla li “messew b’idejhom stess, l-uġigħ tan-nies, “baqgħu qrib tagħhom,  qasmu magħhom u kkonfermawhom fil-vjaġġ tagħhom”. Il-Papa Franġisku kompla jikteb: “Bħala komunità ta’ saċerdoti, ma konniex barranin għal dawn is-sitwazzjonijiet; ma ħarisniex lejhom mit-tieqa. Waqt it-tempesta, sibtu modi kif tkunu preżenti u takkumpanjaw l-komunitajiet tagħkom; meta rajtu l-lupu ġej, ma ħrabtux jew abbandunajtu l-merħla.”

Il-Qdusija Tiegħu ħeġġeġ lis-saċerdoti biex ikunu għaqlin viżivi w impenjati; u jħarsu lejn il-futur. Huwa kiteb dwar l-isfida lis-saċerdoti ser ikollhom “biex jiżviluppaw kapaċità biex jisimgħu b’mod attent iżda mimlijin tama, trankwilli iżda tenaċi, perseveranti iżda mhux beżgħana”.

Aktar tard, waqt li kien qed jitkellem ma’ tobba, infermiera, u ħaddiema tas-saħħa mir-reġjun tal-Lombardija fi Franza, l-Papa Franġisku fakkar “iż-żelu pastorali u kura kreattiva li għenu tant nies ikomplu l-vjaġġ tal-fidi u biex ma jibqgħux weħdihom quddiem l-uġigħ u l-biża’”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-12/pope-francis-celebrates-51-years-of-priesthood.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.