Il-Papa jbierek il-Bambini

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jħeġġeġ lill-Insara biex ma jinsewx il-Ferħ, kif ukoll sellem lit-tfal u l-familji waqt li bierek il-Bambini

“Iktar mal-Mulej ikun viċin tagħna, iktar inkunu ferħana; iktar ma Hu l-bogħod, iktar ninstabu fid-dwejjaq. Din hija regola għall-Insara”. Hekk qal il-Papa Franġisku waqt l-Anġelus tal-Ħadd li fih wissa l-Insara biex ma jagħmlux wiċċ ta’ funeral, li “ma jixhdux il-ferħ tal-qawmien ta’ Ġesù Kristu”.

“Il-Mulej huwa dejjem fiċ-ċentru”, għax “min ma jindikax lill-Mulej mhuwiex qaddis!”. Il-kundizzjoni tal-ferħ Nisranija hija meta tpoġġi lil Ġesù fiċ-ċentru. “Din mhix aljenzzjoni, għax Ġesù huwa effettivament iċ-ċentru; huwa d-dawl li jagħti t-tifsira sħiħa lill-ħajja ta’ kull raġel u mara li tiġi f’din id-dinja”, rrimarka l-Papa: “Jeħtieġ naħdem biex dejjem inkun ferħan”.

San Ġwann il-Battista huwa mudell għal dawk fil-Knisja li huma msejħa biex ixandru lil Kristu lil ħaddieħor: “irridu jkunu kapaċi jinqalgħu minnhom infushom u mid-dinja, billi ma jiġbdux lin-nies lejhom infushom imma jmexxuhom lejn Ġesù”.

Fi tmiem l-Anġelus tal-lbieraħ, il-Papa ndirizza tislima speċjali lit-tfal u l-familji ta’ Ruma, li nġabru fi Pjazza San Pietru fl-okkażjoni tat-tberik tal-Bambini, appuntament ta’ kull sena, organizzat miċ-Ċentru Oratorju Ruman.

“Din is-sena hawn ftit minnkom hawn minħabba l-pandemija, imma naf li ħafna tfal u żgħażagħ huma miġbura f’oratorji u fi djarhom u jsegwuna permezz tal-midja”, qal il-Papa Franġisku. “Insellem lil kull wieħed u nbierek l-istatwetti ta’ Ġesù, li dawn jitpoġġew fil-presepju, sinjal ta’ ferħ u tama”. Il-Papa Franġisku stieden lil kulħadd biex “meta titolbu d-dar, quddiem il-presepju mal-familja tagħkom, ħallu lilkom infuskom tinġibdu mit-tenerezza tal-Bambin Ġesù, mwieled fqir u fraġli, biex jagħtina l-imħabba tiegħu”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/12/14/papa-francesco-angelus-no-ai-cristiani-che-hanno-una-faccia-da-veglia-funebre/

Kif ukoll : https://www.agensir.it/quotidiano/2020/12/14/papa-francesco-angelus-angelus-saluta-i-bambini-e-le-famiglie-per-la-benedizione-dei-bambinelli/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading