Webinar mill-Vatikan dwar diżarm tal-armi nukleari

Print Friendly, PDF & Email

Uffiċjali għolja tal-Vatikan isejħu għal dinja ħielsa minn armi nukleari

Id-Dikasterju għall-Promozzjoni tal-Iżvillup tal-Bniedem Integrali, nhar l-Erbgħa għamel webinar biex jimbotta għad-diżarm tal-armi nukleari. Dan il-webinar ġie eżatt wara l-enċiklika reċenti tal-Papa Franġisku ‘Fratelli tutti’, li fiha jitlob li l-paċi u l-istabbiltà internazzjonali jkunu bbażati fuq fiduċja reċiproka aktar milli fuq it-theddida ta’ qerda reċiproka.

Skond il-Prof. Gerard Powers, membru tat-task force għas-sigurtà tal-Kummissjoni tal-Vatikan Covid-19, l-avveniment kien organizzat għal tlett motivazzjonijiet. Il-Koordinatur tan-Network Kattoliku għall-Bini tal-Paċi qal lir-Radju tal-Vatikan li l-ewwel għan tal-webinar huwa li jippreżenta l-pubblikazzjoni reċenti tal-ktieb intitolat “Dinja Ħielsa mill-Armi Nukleari”. Il-volum fih il-karti minn simpożju ewlieni li sar mill-Vatikan fl-2017 biex jerġgħu jibdew l-isforzi lejn il-ħolqien ta’ dinja ħielsa mill-armi nukleari.

Il-Professur Power qal li l-webinar  jiġi fi żmien xieraq minħabba li t-“Trattat dwar il-Projbizzjoni ta’ Armi Nukleari” li għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2021. Dan ġie adottat f’nofs l-2017 iżda ġie rratifikat reċentement mill-minimu meħtieġ ta’ 50 nazzjon. “Is-Santa Sede kienet waħda mill-aktar stati attivi fl-appoġġ tat-tratta”, qal il-Professur Powers.

It-tielet motivazzjoni wara l-avveniment onlajn kienet il-publikazzjoni reċenti tal-enċiklika “Fratelli Tutti”. Il-Profs. Power qal li l-aħħar enċiklika tal-Papa ttenni l-immoralità tal-armi nukleari u l-imperattiv morali li taħdem biex teliminhom.

Il-webinar tal-Erbgħa jara l-parteċipazzjoni ta’ bosta atturi ta’ livell għoli fil-qasam tas-sigurtà u l-kontroll tal-armi, kif ukoll għadd ta’ uffiċjali għolja tal-Vatikan w intellettwali Kattoliċi. “Dawn kollha ma jaqblux fuq bosta kwistjonijiet”, qal il-Profs. Powers, “iżda dak li kollha jaqblu dwaru huwa li l-istatus quo nukleari huwa moralment inaċċettabbli”. “Id-dinja għandha bżonn taqleb id-direzzjoni u tibda timxi lejn id-diżarm nukleari”, qal il-Profs. Powers.

Meta mistoqsi għaliex il-Knisja Kattolika tinsisti għad-diżarm nukleari, l-Profs. Powers jafferma li l-Papa Franġisku, kif ukoll il-predeċessuri tiegħu, fittxew li jiddelegittimaw l-armi nukleari u jippromwovu l-ftehim dwar il-kontroll tal-armi. Il-Professur jikkonkludi li l-armi nukleari jistgħu jiggarantixxu biss “paċi negattiva”. “Ir-riskju t’inċident u perċezzjoni ħażina huwa għoli ħafna. B’differenza minn sistemi ta’ armi oħra, jekk hemm inċident jew użu ta’ armi nukleari minħabba perċezzjoni ħażina, ma jkollniex it-tieni ċans”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2020-12/world-free-nuclear-weapons-interview-gerard-powers-notre-dame.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: