Il-Messaġġ tal-Papa għall-Jum dinji tal-Paċi

Print Friendly, PDF & Email

L-ebda paċi mingħajt kultura tal-kura

Fil-messaġġ tiegħu għall-Jum Dinji tal-Paċi tal-Knisja Kattolika, il-Papa Franġsiku jappella lill-komunità internazzjonali u lil kull individwu biex irawmu ‘kultura tal-kura’ billi javvanzaw “fit-triq tal-fraternità, ġustizzja u paċi bejn individwi, komunitajiet, popli u nazzjonijiet”. “Ma jistax ikun hemm paċi mingħajr kultura ta’ kura”, enfasizza l-Papa fil-messaġġ tiegħu għall-54 Jum Dinji tal-Paċi, li ser jiġi ċċelebrat fl-1 ta’ Jannar 2021 u li ħareġ mill-Vatikan il-Ħamis 17 ta’ Diċembru 2020.

Il-Qdusija Tiegħu appella għal “impenn komuni, ta’ appoġġ u inklusività għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-dinjità u l-ġid ta’ kulħadd, rieda li nuru kura u kompassjoni u fejqan, u biex nagħmlu progress fir-rispett u l-aċċettazzjoni reċiproka”. F’dan il-kompitu, il-Papa Franġisku joffri l-prinċipji tad-duttrina soċjali tal-Knisja bħala l-kumpass fit-triq għall-paċi.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.laikos.org/fr1_messagg_paci_01012021.htm

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: