Miet il-Kardinal Henri Schwery, li qed iħalli l-kulleġġ tal-kardinali b’282 membru. Minn dawn, 128 huma kardinali-eletturi. Kellu 88 sena. Kien dedikat għall-ministeru pastorali u kien espert fl-oqsma tal-matematika u l-fiżika. Meta kien isqof, tfaċċat fid-djoċesi tiegħu x-xiżma ta’
Lefebvre. Fl-1988, Marcel Lefebvre ordna erba’ isqfijiet mingħajr permess bħala att ta’ ribelzzjoni kontra l-Papa. Ġwanni Pawlu II ħatru kardinal fl-1991. Hu pparteċipa fil-konklavi li għażel lil Benedittu XVI. Irtira fis-sena 2008.
https://www.romereports.com/en/2021/01/08/swiss-cardinal-who-faced-lefebvrian-challenge-dies/
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard